 |
Stejjer tas-Sħarijiet Diġitali |
 |
Jekk taħdem fi skola primarja u qed tixtieq tagħmel proġett ta' l-eTwinning fil-ħarifa, agħti ħarsa lejn l-aħħar "kit lest għall-proġett" biex tieħu idea. Dan il-kit huwa msejjes fuq proġett ta' l-eTwinning rebbieħ. |
 |
Żewġ skejjel primarji jaħdmu flimkien u jaqilbu storja tas-sħarijiet fi preżentazzjoni bil-PowerPoint. Il-preżentazzjoni tinkludi stampi skennjati ta' l-istudenti u kummentarji biż-żewġ lingwi. Il-preżentazzjoni aħħarija tkun ippubblikata fuq l-internet. Biex l-esperjenza tinħass aktar reali, l-istudenti jipproduċu oġġetti relatati ma' l-istorja, jippreżentaw l-istorja fuq il-palk u jorganizzaw wirja dwar il-proġett.
Livell: Faċli
Etajiet: Edukazzjoni Primarja Tul: 3 xhur
Suġġett: Kross-kurrikulari, Lingwi barranin, Informatika/ICT, Lingwa u Litteratura, Arti Viżiva, Teatru, Musika, Żfin Għodod ta' l-ICT: email, chat, forum, Skype, PowerPoint, vidjo, ippubblikar fuq l-internet
Għanijiet:
- L-istudenti jitgħallmu jaħdmu flimkien fuq proġett imsejjes fuq l-ICT ma' l-imsieħba tagħhom minn pajjiż ieħor.
- L-għalliema jitgħallmu jintegraw proġetti msejsa fuq l-ICT fil-livell primarju
- Il-ġenituri jinvolvu rwieħom fil-produzzjoni ta' oġġetti relatati ma' l-istejjer u fit-tħejjija għal-palk u l-wirja.
Proċess:
Bidu:
- Żewġ klassijiet minn żewġ pajjiżi differenti jaqblu dwar l-istorja tas-saħrijiet;
- F'kull klassi, t-tfal jaqraw u jiddiskutu l-istorja magħżula bil-lingwa tagħhom;
- L-istorja tinqasam f'żewġ partijiet u kull klassi turi biss parti waħda mill-istorja;
- L-istudenti f'kull klassi jistabbilixxu x-xeni li ser jaħdmu u jaqsmu x-xogħol;
- L-istudenti jużaw diversi metodi biex jiddisinjaw/ ipinġu x-xeni.
Il-qsim ta' l-informazzjoni u t-tagħlim minn xulxin:
- Ittieħdu ritratti ta' l-istampi jew ġew skennjati. Il-klassijiet, jiskambjawhom u jistampawhom. Jorganizzaw wirja fl-iskola tagħhom;
- L-istampi diġitali li jagħmlu l-istudenti fil-klassijiet jinġabru fi preżentazzjoni tal-PowerPoint;
- Kull klassi toħloq l-awdjo bil-lingwa tagħha għall-verżjoni ta' l-istorja bil-preżentazzjoni;
- Il-klassijiet jisimgħu l-istorja bil-lingwa ta' l-imsieħba tagħhom u jqabblu ż-żewġ lingwi.
Riżultat:
- Il-preżentazzjoni tal-PowerPoint tkun ippubblikata fuq l-internet (pereżempju fuq il-websajts ta' l-iskola jew fuq it-"TwinSpace" pubbliku)
Opportunitajiet għat-tkomplija:
- Jista' jsir aktar xogħol fuq il-lingwi barranin. L-istudenti jistgħu ifittxu kliem li jkun simili, l-istess jew differenti għal kollox. Jistgħu jqabblu il-forom miktuba u rrakkuntati ta' l-istorja;
- L-imsieħba jiddeċiedu dwar l-oġġetti li se jipproduċu. Għandhom ikunu relatati mat-tema ta' l-istorja. Jekk pereżempju jkunu iddeċidew li jaħdmu fuq storja ta' dar tal-ħelu, jippruvaw jagħmlu dar tal-ħelu ta' veru;
- L-istorja tittella' għall-palk. It-tfal jaħdmu fiha quddiem il-ġenituri tagħhom u quddiem tfal oħra mill-iskola;
- Ir-riżultati tal-proġett jistgħu jkunu murija u ippreżentati lill-kommunità lokali;
- It-tfal jingħataw CD bix-xogħol li jkunu għamlu u bir-ritratti mill-proġett;
- Ir-riżultati tal-proġett ikunu mgħoddija lill-istampa u murija waqt konferenzi għall-għalliema.
Proġett simili:
Gingebread House URL: http://www.zsomsenie.sk/static/eTwinning
Idea oriġinali: Denisa Križanova, Základná škola Omšenie, Slovakkja Pavel Vrtěl, Základní škola a mateřská škola Sivice, ir-Repubblika Ċeka
 |
Mibdul l-aħħar : |
24/08/2007 |
 |
 |
 |
|
|