Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Storja tad-Ditektifs
Kull klassi tiffoka fuq ditektif fittizju ta’ l-għażla tagħha. Iż-żewġ ditektifs jirrapreżentaw tipi ta’ karattri differenti li jaġixxu fl-isfond soċjali, storiku u kulturali tagħhom. L-għan huwa li jinstabu ix-xebħ u d-differenzi bejniethom. Jinkludu bosta attivitajiet, bħalma huma stħarriġ ta’ l-opinjoni u kwestjonarji dwar ix-xogħol ta’ xulxin, li itejbu l-kollaborazzjoni fil-qrib bejn l-iskejjel imsieħba.

Eżempju wieħed huwa it-tqabbil ta’ Sinjorina Marple ta’ Agatha Christie u l-Ispettur Wallander ta’ Henning Mankell. Din l-analisi tinkludi ħarsa lejn pajjiżi u żminijiet differenti, kif ukoll il-mudell tar-rwol maskili u dak femminili.

Etajiet:   15 – 19

Tul:    Nofs sena skolatika – jew aktar

Għodod ta’ l-ICT:  Email, preżentazzjoni, konferenza bil-vidjo, arkivju ta’ fajls, stħarriġ ta’ l-opinjoni

Suġġett/i:  Litteratura, Lingwi

Tema:   Litteratura

Valur Pedagoġiku:
Kotba u films dwar dawn id-ditektifs huma tradotti fi kważi kull lingwa u jinstau fil-pajjiżi kollha. L-istudenti jitgħallmu dwar bosta aspetti psikoloġiċi u soċjali minn suġġett mimli suspense bħal dan u jsiru qishom ditektifs huma stess. Biex inżidu l-valur tal-proċess, diversi attivitajiet kreattivi u attivitajiet għat-tkomplija jistgħu isiru. Il-kotba jistgħu jiġu mqabbla mal-films per eżempju.

Għanijiet:
L-istudenti jitgħallmu

  • Kief janaliżżaw u jqabblu xogħlijiet litterarji
  • Dwar il-ġeneru u l-iżvilupp storiku tiegħu, u l-mekkaniżmi litterarji speċjali għalih
  • Dwar l-awturi u l-isfond kontempranju tagħhom
  • Dwar id-differenzi reġjonali, kulturali u storiċi fl-attitudni tagħhom lejn
    • Il-kriminalità
    • Il-karattri tad-ditektifs, il-kriminali u l-vittmi
    • Is-soluzzjoni ta’ att kriminali u l-ġlieda għat-‘tajjeb’
    • Mudelli għar-rwol maskili u femminili
    • Il-klassi soċjali
    • L-etika – l-attitudni lejn il-kriminalità – it-tajjeb u l-ħażen
  • Kif tħejji preżentazzjoni qasira fuq xogħol litterarju
  • Kif joħolqu storja tad-ditektifs tagħhom stess

Proċess:

1. Il-bidu

Kuntatt
Għalliema mill-iskejjel imsieħba jagħmlu kuntatt flimkien u jaraw meta jistgħu jaħdmu – il-ġranet u l-ħinijiet, l-indirizzi, eċċ. L-imsieħba jifthiemu fuq il-lingwa li se jikkomunikaw biha u jagħżlu l-karattru tad-ditektif.


Ipprepara lill-iskejjel
Kull imsieħeb

  • Jagħżel novella u jidentifika xi materjal ta’ tagħlim eżistenti
  • Jagħti introduzzjoni ġenerali għall-analiżi litterarja u għall-ġeneru ta’ l-istejjer tad-ditektifs (aspetti speċjali, żvilupp storiku, eċċ.)
  • Jaqra storja tal-karattru fittizju magħżul
  • Jitlob lill-istudenti tiegħu/tagħha biex jiffukaw fuq dawn l-aspetti waqt il-qari:
    • L-isfond – iż-żmien u l-post ta’ l-azzjoni
    • Il-karattri prinċipali (id-ditektif, il-vittma, is-suspettati) – aspetti speċjali
    • Il-binja ta’ l-istorja – kif ġie solvut id-delitt?
  • Jipprepara mappa tar-reġjun ta’ fejn isseħħ l-istorja. L-istudenti jsegwu l-azzjoni u jaraw fejn seħħ id-delitt, fejn instabu l-provi u fejn ġie solvut id-delitt
  • Jitlob lill-istudenti jippreparaw preżentazzjoni ta’ ħames minuti dwar storja jew film ta’ delitt jew ta’ kittieb (biografija) ta’ l-għażla tagħhom
  • Jipprepara lill-istudenti biex jiktbu l-istorja tad-ditektifs tagħhom b’mod kreattiv


Il-Ġbir u l-irranġar ta’ l-informazzjoni
Kull imsieħeb:

  • Jiġbor id-dettalji tal-kotba u materjal ieħor li jkunu nqraw (pjanijiet għall-lezzjonijiet, bijografiji ta’ l-awturi, il-preżentazzjonijiet ta’ l-istudenti, eċċ.) u jpoġġihom f’arkivju ta’ fajls komuni
  • Juża kalendarju komuni biex jorganizza x-xogħol u l-kooperazzjoni fl-iskejjel tagħhom
  • Jiġbor l-informazzjoni (l-isfond, karattri, l-binja, eċċ.) li jkunu ħejjew l-istudenti matul il-qari ffukat ta’ l-istorja
  • Jaqsmu document komuni li fih ikunu jistgħu jaraw id-differenzi storiċi, kulturali u soċjali
  • Jiġbor informazzjoni ġeografika u juża l-mapep biex juri postijiet importanti fil-binja ta’ l-istorja


Il-Bdil ta’ l-informazzjoni
L-Imsieħba:

  • Jaqsmu dokumenti komuni (eż. tabelli) biex jistudjaw u jqabblu xogħlijiet litterarji (aspetti tipiċi tal-ġeneru, l-iżvilupp storiku tiegħu, eċċ.)
  • Kif iż-żewġ imsieħba jkunu qedgħin jaħdmu fuq in-novelli differenti, jkunu jistgħu itellgħu taqsiriet (li jinkludu l-binja ta’ l-istorja, il-karattri, l-isfond) tagħhom u b’hekk jinfurmaw lil xulxin dwar il-kontenut li jkun qed jaħdmu bih
  • Iż-Żewġ klassijiet jaħdmu fuq lista ta’ vokabolarju jew mind map u jgħadduha lil xulxin (termini litterarji, aspetti tal-qasam tal-kriminalità)
  • Jippreparaw kwestjonarji flimkien ma’ l-istudenti tagħhom dwar il-preżentazzjonijiet li jkunu ħejjew u jgħadduhom biex jitwieġbu mill-iskola l-oħra – dan jista’ jkun relatat ma’ aspetti speċjali ta’ awtur jew ditektif, eċċ.
  • Jippreparaw stħarriġ ta’ l-opinjoni komuni – ngħidu aħna jistqasu lill-istudenti biex jivvutaw għall-istorja jew id-ditektif favorit tagħhom
  • Jgħaddu it-taħriġ fuq il-kitba kreattiva lil xulxin (ara iktar ‘l isfel) u jqabbluhom


Riżultati
Xi ftit mir-riżultati jistgħu ikunu:

  • Preżentazzjoni bil-PowerPoint bejniethom bit-tqabbil taż-żewġ ditektifs
  • Arkivju ta’ fajls komuni li jinkludi bijografiji ta’ l-awturi
  • Lista ta’ ideat għat-taħriġ dwar il-kitba kreattiva kif ukoll l-istejjer maħluqa mill-istudenti
  • Preżentazzjonijiet bil-PowerPoint tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-istudenti
  • Stħarriġ (riżultati miġbura), kwiżżijiet u kwestjonarji dwar id-ditektifs

Ikkunsidra li tirrifletti fuq ix-xogħol li jkun sar u tevalwa il-proċess ta’ xogħol kollaborattiv.

Ideat għat-tkomplija

1. Attivitajiet għall-kitba kreattiva

  • Agħti titlu immaġinarju liż-żewġ klassijiet u ħallihom jiżviluppaw storja tad-ditektifs tagħhom stess.
  • Itlob lill-istudenti jbiddlu l-istil litterarju (eż. minn novella għal kitba għal-palk)
  • Itlob lill-istudenti jibdlu l-isfond (il-klassi soċjali, iż-żmien, il-pajjiż)
  • L-istudenti jivvintaw id-ditektif tagħhom infushom u jġelgħuh/a j/tgħaddi minn avventura
  • Aħseb f’xena tal-biża’ u ħalli lill-istudenti jiżviluppaw storja qasira jew vidjo qasir minnha


2. Attivitajiet kross-kurrikulari

  • Stieden żewġ ditektifs biex jitkellmu dwar l-avventuri u l-esperjenzi tagħhom fejn jidhlu l-vittmi, il-qattiela u l-metodi ta’ kif jissolva delitt. Irrekordjhom fuq vidjo u għaddih lill-iskola l-oħra
  • Qabbel il-kotba mal-films (jekk huma disponibbli). Qabel dan agħti introduzzjoni qasira dwar l-analiżi u l-produzzjoni tal-films.
  • Tista’ ssib taħriġ interattiv fuq istejjer tad-ditektifs fuq l-Internet (ara l-lista tal-links)


Lista ta’ xogħol litterarju u films 

Informazzjoni ġenerali dwar il-ġeneri
L-Istejjer tad-Ditektifs – Artiklu minn Enċiklopedija
http://encarta.msn.com/encyclopedia_761559994/Detective_Story.html

Stejjer tad-ditektifs mill-aqwa
http://gaslight.mtroyal.ca/grtdtecs.htm

Wikipedia: Stejjer tad-ditektifs
http://en.wikipedia.org/wiki/Detective_fiction

Stejjer tad-Ditektifs – Min hu dan, u għaliex qatt ma smajt bih?
http://www.chesterton.org/discover/nutshell/detectivestories.html

Awturi individwali u d-ditektifs
Agatha Christie – ħolqot il-karattri tas-Sinjorina Marple u Hercule Poirot
http://www.kirjasto.sci.fi/christie.htm
http://uk.agathachristie.com/site/home/

Henning Mankell – ħoloq il-karattru ta’ l-Ispettur Wallander
http://www.inspector-wallander.org/

Il-Kitba Kreattiva
Għoxrin regola għal kitba ta’ l-istejjer tad-ditektifs
http://gaslight.mtroyal.ca/vandine.htm

Kif tikteb storja tad-ditektifs
http://www.chesterton.org/gkc/murderer/howto.htm

Attivitajiet Online
Il-Każ tal-ħalliel il-ħafi – storja ta’ krimini interattiva
http://www.cyberbee.com/whodunnit/crimescene.html

Misteri online, logħob ta’ misteri, kotba ta’ misteri u riżorsi. Għal kull min jieħu gost b’misteru...
http://www.mysterynet.com/

Films u films għat-televiżjoni
Analiżi tal-films
http://classes.yale.edu/film-analysis/ (fit-tul)
http://www.essex.ac.uk/filmstudies/current_students/Guidelines_for_analysis_of_film_sequences.htm   (iqsar)

Editur tal-Web: Sylvia Binger
Ippubblikat : 04/10/2005
Mibdul l-aħħar : 17/03/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea