Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Il-Kultura f'kaxxa
B'dan il-proġett, l-istudenti ser ikollhom iċ-ċans li jfittxu, jiklassifikaw, jiddiskutu, jaqsmu, jiktbu, jqabblu u jippreżentaw informazzjoni dwar il-kultura tagħhom u tas-sieħeb tagħhom. L-għalliema tal-lingwi u dawk ta' l-ICT jistgħu ikunu nvoluti.

Deskrizzjoni qasira

F'dan il-kit ta' l-eTwinning qed nipproponu li l-istudenti, fi gruppi, joħolqu preżentazzjoni bil-PowerPoint jew "Kultura f'Kaxxa" dwar il-pajjiż sieħeb. Biex ikunu jistgħu jagħmlu dan, l-istudenti jiġbru informazzjoni dwar pajjiżhom u jibgħatuha lill-iskola msieħba, li imbagħad tagħmel il-preżentazzjoni bil-PowerPoint dwar il-kultura tal-pajjiż l-ieħor.

Il-Valur Pedagoġiku
L-istudenti ser ikollhom iċ-ċans li jfittxu, jiklassifikaw, jiddiskutu, jaqsmu, jiktbu, jqabblu u jippreżentaw informazzjoni dwar il-kultura tagħhom u tas-sieħeb tagħhom.

Għanijiet
L-istudenti ser: 

  • Jaħsbu dwar id-definizzjoni tal-kultura, u jirriflettu dwar xi tfisser din għalihom
  • Jaqsmu informazzjoni relevanti dwar il-kultura tagħhom mal-partners Ewropej tagħhom
  • Joħolqu preżentazzjonijiet bit-tema "Kultura f'Kaxxa"
  • Jaħsbu dwar x'tgħallmu dwar il-pajjiż l-ieħor u dwar id-differenzi u x-xebħ taż-żewġ kulturi
  • Jiktbu komponimenti dwar dak li tgħallmu

Jekk trid tkun taf aktar,  ikklikja hawn (pdf).

 

Editur tal-Web: Núria de Salvador
Ippubblikat : 07/03/2005
Mibdul l-aħħar : 28/01/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea