Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Konferenza bil-vidjo fuq it-tolleranza
L-għan prinċipali ta' dan il-kit huwa biex jgħin fil-preparazzjoni u fit-twettiq ta' konferenza bil-vidjo dwar iċ-ċittadinanza. Hawnhekk qed nissuġġerixxu it-tema tat-tolleranza. L-istudenti ser jiksbu l-informazzjoni meħtieġa dwar dan is-suġġett permezz ta' riżorsi miġbura mill-għalliema. Ser ikollhom l-opportunità li jesprimu l-għarfien u l-opinjonijiet tagħhom pubblikament f'dibattitu fil-klassi u jaqsmuhom ukoll ma' sħabhom barra l-pajjiż permezz tal-konferenza bil-vidjo. Fl-aħħarnett ser ikomplu jiżviluppaw fuq il-konferenza u joħolqu prodott finali komuni li jagħżlu huma (eż. fuljett, dokumentarju bil-vidjo, websajt).

Etajiet: 14 – 19

Tul: xahar – 3 xhur

Għodod ta' l-ICT: e-mail, konferenza bil-vidjo, text editor, PowerPoint, visual thinking tools, kamera diġitali

Mudell: żewġ għalliema, żewġ gruppi ta' studenti

Suġġett: Ċittadinanza, ICT, lingwi barranin 

Valuri pedagoġiċi:

  • Identifika, analiżża u evalwa informazzjoni kumplessa; 
  • Sawwar u iddefendi pożizzjoni;
  • Aċċetta l-pożizzjoni u l-opinjonijiet ta' ħaddieħor;
  • Żviluppa għarfien u empatija għad-differenzi bejn persuni;
  • Ipprepara taħdita u għamilha fil-pubbliku;
  • Agħmel taqsira miktuba ta' taħdita;
  • Ipprattika ħiliet mitkellma u miktuba f'lingwa barranija;
  • Uża diversi għodod ta' l-ICT.

Proċess

Għalliema:

  1. Agħmlu kuntatt, agħżlu tema li tista' tqajjem dibattitu interessanti relatat maċ-ċittadinanza (jew it-tolleranza kif inhu issuġġerit hawn jew inkella tema oħra)
  2. Iddeċiedu dwar l-użu tal-lingwa tagħkom u ta' dik barranija. Din l-għażla tiddetermina jekk l-imseħbin jaħdmux waħidhom jew inkella kollaborattivament.
    a. Il-lingwa tagħkom hija ideali speċjalment għar-riċerka dwar it-tema u d-dibattitu fl-iskola. B'dan il-mod, l-istudenti jiksbu l-għarfien dwar it-tema matul il-lezzjonijiet taċ-ċittadinanza u jiksbu wkoll ħiliet bażiċi għall-preżentazzjoni fil-lingwa taghħom stess biex jibdew. Dan ifisser li l-imsieħba, għalissa jaħdmu l-aktar għal rashom.
    b. Il-lingwa barranija hija essenzjali għall-konferenza bil-vidjo u l-attivitajiet għal wara, fejn l-imsieħba l-aktar li se jaħdmu flimkien. 
  3. Iġbor riżorsi li ser jgħinu lill-istudenti jsibu l-informazzjoni meħtieġa dwar it-tema. Jistgħu jużaw kemm il-lingwa tagħhom kif ukoll il-lingwa barranija.
  4. Aqblu fuq qafas komuni ta' evalwazzjoni għall-ħiliet tal-preżentazzjoni u tar-riċerka.
  5. Aqblu fuq qafas għall-imġieba, li jkollu r-regoli għall-imġieba tajba fuq l-Internet u bejn l-istudenti mill-iskejjel imsieħba. 
  6. Aqblu fuq id-dati li tridu tirrispettaw - għad-dibattitu fl-iskola u l-konferenza bil-vidjo internazzjonali.
  7. Kun żgur li ż-żewġ skejjel huma mħejjija tajjeb biex il-konferenzi bil-vidjo isiru fil-ħin u bla diffikultajiet- kemm fejn għandu x'jaqsam apparat kif ukoll staff.
  8. Iddeċiedu flimkien dwar l-attivitajiet għat-tkomplija għal wara l-konferenza. Xi suġġerimenti għal dan huma: l-produzzjoni ta' fuljetti, dokumentarju bil-vidjo, paġna tal-web, eċċ.

Studenti:

Il-bidu:

  1. Jiffamiljarizzaw ruħhom mat-tema, l-għanijiet u l-iskeda tal-proġett.
  2. Jiffirmaw il-qbil għall-imġieba.
  3. L-istudenti jitgħallmu dwar il-kriterji ta' preżentazjoni tajba (skond il-qafas komuni maqbul bejn l-għalliema).
  4. L-istudenti jiddeċiedu fuq stqarrija li jixtiequ jiddiskutu. Jistgħu jagħżlu kwalinkwe stqarrija li tqajjem dibattitu interessanti (biex tagħżel, ara l-kwotazzjonijiet fuq it-tolleranza). Dan jista' jiġi deċiż bi qbil bejn iż-żewġ imsieħba.

Il-ġbir u l-organizzar ta' l-informazzjoni – xogħol għal rashom:

  1. Jaħdmu fi gruppi t'erbgħa. Żewġ membri mill-grupp ikunu favur is-suġġett u l-oħrajn ikunu kontra.
  2. Riżorsi miġbura mill-għalllieam minn qabel, jgħinu lill-istudenti jsibu l-informazzjoni meħtieġa. Riżorsi suġġeriti hawn (ara aktar 'l isfel) fihom links għal xi stejjer, ħrejjef u siti informattivi dwar it-tolleranza. 
  3. Ladarba l-istudenti jkunu ġabru l-informazzjoni meħtieġa, għandhom jibdew iħejju t-taħdita tagħhom u jiddiskutu ma' sħabhom kif jistgħu ikunu l-aktar konvinċenti.
  4. Fil-gruppi tad-dibattiti, jaħsbu dwar l-istqarrija u jipprattikaw in-naħat pożittitvi u negattivi.
  5. L-istudenti jagħmlu t-taħdita waqt id-dibattitu fil-klassi.
  6. Meta jkunu qed jagħmlu dan, l-istudenti jużaw flowcharts, tabelli b'taqsiriet, mind maps, PowerPoints jew affarijiet oħrajn simili.
  7. L-aqwa kelliema jieħdu sehem fil-konferenza bil-vidjo ta' l-eTwinning. Jistgħu jintgħażlu jew mill-għalliema jew mill-istudenti skond il-kriterji komuni maqbula mill-għalliema.

Skambjar ta' l-informazzjoni, tagħlim minn u ma' oħrajn:

  • Il-kelliema magħżula miż-żewġ pajjiżi, ikunu ippreżentati matul il-konferenza bil-vidjo. L-imsieħba għandhom imnejn jiddeċiedu li jkollhom aktar konferenzi biex studenti oħrajn jingħataw l-opportunità li jitkellmu.
  • Il-konferenza bil-vidjo issir b'lingwa barranija komuni. 
  • L-istudenti kollha li jkunu ħadu sehem fl-attività jkunu jistgħu jsegwu l-konferenza fuq skrin kbir, jekk dan ikun disponibbli, jekk le jkunu jistgħu jarawha fuq skrin tal-kompjuter.
  • Ikun hemm student f'kull skola li jimmodera l-konferenza bil-vidjo u student ieħor jew koordinatur ta' l-ICT ikun responsabbli għall-parti teknika. Il-konferenza tista' tkun iirrekordjata u wżata fl-attivitajiet tat-tkomplija.
  • Il-klassijiet involuti għandu jkollhom sessjoni fejn jiddiskutu dak li ġara waqt il-konferenza, fejn janaliżżaw l-opinjonijiet, il-lingwa u l-ħiliet tal-preżentazzjoni tal-kelliema.

Attivitajiet tat-tkomplija

F'dan l-istadju, il-klassijiet involuti jaħdmu l-aktar bil-lingwa barranija komuni. Jippruvaw jibnu fuq il-konferenza u jiżviluppawha aktar billi jipproduċu xi riżultati suġġeriti:

  • Fuljett: Studenti miż-żewġ skejjel jistgħu jippubblikaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom testwalment - b'verżjoni kompluta bil-lingwa tagħhom u taqsira bil-lingwa barranija, u joħolqu fuljett (stampat u/jew on-line).
  • Dokumentarju qasir bil-vidjo: Il-klassijiiet joħolqu vidjo diġitali, billi jużaw il-materjal irrekordjat, fuq it-tema tal-konferenza u jgħadduhom lil xuxlin.
  • Paġni tal-web: Klassijiet imsieħba jiddeċiedu li joħolqu websajt komuni fuq it-tema tal-konferenza. Il-websajt jista' jkun fiha:
    • it-taħditiet (bħala test jew awdjo)
    • ritratti u vidjo tad-dibattiti u l-konferenza vidjo innifisha
    • web quests u links għal-riżorsi oħra interessanti
    • Preżentazzjonijiet bil-PowerPoint, posters, mind maps, li l-istudenti wżaw biex jakkumpanjaw it-taħditiet tagħhom.

Meta tkunu qed tippubblikaw ir-riżultati, ftakru:

  • Tniżżlu s-sorsi ta' xi ritratti mużika jew testi li tkunu qed tużaw,
  • Tagħtu links għas-sorsi oriġinali,
  • Tirringrazzjaw lil dawk kollha li għenu fil-proġett, 
  • Tniżżlu il-kotba jew materjali oħra li minnhom ksibt l-informazzjoni.

Proġetti simili:

EL-Ewropa, l-Edukazzjoni u l-Iskola (kuntatt: Czeslaw Michalewski)
Intervistà

Riżorsi ssuġġeriti dwar it-tolleranza (bl-Ingliż):

Dawn il-links imexxu lill-istudenti fir-riċerka dwar is-suġġett tat-tolleranza u jfornuhom b'tagħrif għat-taħdita tagħhom.

Helen Keller
Stories
Aesop's fables
Tolerance.org
Lessons in tolerance
European Commission Against racism and Intolerance
Love is so powerful, it's like unseen flowers
Peace Corps material
Manifesto 2000
A Human Right's Approach to Sept. 11
How to make your school a prejudice free zone
Prejudice and Discrimination
A season for non-violence
Encarta World English Dictionary

Links utli

Dawn id-dokumenti jiggwidaw lill-istudenti tiegħek fil-ħiliet speċifiċi li hemm bżonn għal din l-attività.

Learn to debate and coach
PowerPoint
PowerPoint in the Classroom
Inspiration the visual thinking software
English Speaking Union (ESU)

Evalwazzjoni

L-evalwazzjoni aħħarija tax-xogħol ta' l-istudenti tkun imsejsa fuq il-qafas għall-evalwazzjoni maqbul bejn iż-żewġ għalliema. Dan iqis il-proċedura tar-riċerka, il-ħila murija waqt is-sessjoni tad-dibattitu u l-konferenza bil-vidjo, kif ukoll is-sehem tagħhom fl-ippubblikar tar-riżultati tal-proġett u l-kwalità tal-lingwa miktuba. 

Ħajr 

  • Riżorsi u l-idea tad-dibattitu: János Blasszauer (għalliem ta' l-Ingliż, Ungerija).
  • Konferenza bil-vidjo dwar iċ-ċittadinanza: Czeslaw Michalewski (għalliem tal-Filosofija, Franza).
  • Esperjenza tal-konferenza bil-vidjo: Magdalena Bobek (għalliema ta' l-Ingliż, Slovenja).
  • Il-kontenut evalwat minn Doris Valente (għalliema taċ-Ċittadinanza, Italja) u Birgit Tramnitz (għalliema taċ-Ċittadinanza, Ġermanja).
Editur tal-Web: Katerina Bavorova
Ippubblikat : 01/12/2005
Mibdul l-aħħar : 16/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea