Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Stampi Jgħidu Stejjer dwar l-Ewropa
It-tfal jieħdu pjaċir jgħidu l-istejjer u din l-attività tieħu vantaġġ mill-ħiliet tagħhom f'dan il-qasam. L-istudenti jagħżlu suġġett ibbażat fuq avvenimenti jew dati importanti marbuta ma' l-UE għall-pajjiż tagħhom fl-aħħar 50 sena, joħolqu stampa dwarhom (jew sensiela ta' stampi), u jaqsmu u jiddiskutu xogħlhom ma' l-iskejjel imsieħba.

Qabel ipenġu l-istampi, l-istudenti għandhom ikollhom l-informazzjoni u t-tagħrif meħtieġ biex jifhmu ċ-ċirkostanzi kumplessi jew astratti tas-suġġett li jkunu għażlu. Dan ix-xogħol ta' tħejjija għandu jkun ta' ispirazzjoni għall-immaġinazzjoni u biex b'mod kreattiv iwasslu l-avvenimenti permezz ta' l-istampi. Skond l-età ta' l-istudenti, l-attività tista' wkoll tesplora l-ideat ta' l-istudenti dwar il-futur ta' l-UE.

Suġġett:  Arti, Storja, Lingwi Barranin

Etajiet: Skejjel Primarji u Sekondarji

Tul:  3 xhur

Għodod ta' l-ICT: għodod għall-preżentazzjoni, chat, u konferenzi bil-vidjo

Għanijiet:

Fiż-żminijiet pre-istoriċi, l-ewwel stampi magħmula min-nies kienu jirrakuntaw stejjer mill-ħajja ta' kuljum. Huwa grazzi għall-dawn l-istampi li stajna nitgħallmu ħafna dwar kif kienet il-ħajja f'dawk iż-żminijiet. Din l-attività tibni fuq din it-tradizzjoni artisitika u l-metodu t'espressjoni.

L-istudenti jitgħallmu dwar l-UE, dwar l-istorja u l-kisbiet tagħha, u jagħtu l-fehmiet tagħhom permezz ta' stampi. Tinħoloq gallerija b'dawn l-istampi biex l-istudenti jkunu jistgħu jqabblu u jiddiskutu kemm l-arti kif ukoll l-istorja ma' sħabhom kemm dawk tal-klassi kif ukoll dawk fl-iskejjel imsieħba. L-istudenti jkollhom l-opportunità li jirriflettu dwar il-fehmiet u l-esperjenzi tagħhom dwar l-UE u jqabbluhom ma' dawk t'oħrajn.

Proċess (attivitajiet):                

  1. Agħti lill-istudenti xi tagħrif ġenerali dwar l-isfond ta' l-UE u dwar l-avvenimenti u l-kisbiet importanti ta' l-aħħar 50 sena. Dan jista' jkun marbut ma' pajjiżek jew ma' l-Ewropa b'mod ġenerali. Għal dan, l-studenti u l-għalliema jistgħu jiskambjaw materjal biex jitgħallmu minn xulxin.
  2. Għin lill-istudenti biex jesprimu rwieħhom bl-aħjar mod. L-għalliema jistgħu jaqsmu linji gwida komuni fit-TwinSpace.
  3. Tella' l-istampi jew billi tiskennjahom jew billi tieħu ritratti diġitali.
  4. Itlob lill-istudenti ipoġġu x-xogħol tagħhom fit-TwinSpace u biex jinkludu isem qasir.
  5. Iflu x-xogħol ta' l-iskola/skejjel imsieħba mbagħad iddiskutih magħhom permezz taċ-chat, b'konferenzi bil-vidjo u/jew għodod għall-preżentazzjonijiet.

Riżultati:

Il-kontribuzzjonijiet kollha jiġu murija fil-gallerija biex noħolqu ġabra ta' xogħol dwar l-aħħar 50 sena ta' l-UE attrajenti u mlewna - kif jarawha t-tfal.

Aktar ideat:

L-istampi jesprimu fehmiet individwali u għandhom ikunu diskussi. Tista' tagħmel dan l-ewwel ma' l-istudenti fil-klassi tiegħek imbagħad tistieden lill-imsieħba għal chat jew konferenzi bil-vidjo u tkmplu tiddiskutu magħhom. Tista' tgħaqqad l-istampi ġewwa preżentazzjoni bil-PowerPoint, jew storja bl-istampi bl-awdjo, jew sempliċiment billi tesebihom fl-iskola biex l-għalliema u l-istudenti l-oħra jkunu jistgħu jarawhom.

Proġetti simili:

Din l-attività hija parti mill-inizjattiva Jum ir-Rebbiegħa 2007. Tista' tibbaża dan il-proġett fuq temi oħrajn ukoll bħal m'huma: l-ħajja ta' kuljum fid-dar u fl-iskola; tradizzjonijiet ta' l-Għid; il-Milied jew btajjel oħrajn; passatempi; eċċ. It-tema magħżula għandha tkun tajba biżżejjed biex l-istudenti jitkellmu flimkien u jiskambjaw il-fehmiet tagħhom.

Links utli:

Jum ir-Rebbiegħa 2007 – “Stampji jgħidu Stejjer”
Softwer b'xejn mingħand Microsoft - 'Photo Story 3'

 

Ippubblikat : 29/03/2007
Mibdul l-aħħar : 24/08/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea