Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Il-Klassifika tat-Testment il-Ġdid u l-Qadim
Il-Bibbja huwa l-aktar ktieb mibjugħ ta' kull żmien, imma mhux bilfors l-aktar ktieb magħruf tal-preżent. Kien fundamentali fl-iżvilupp ta' soċjetajiet Ewropej u ħafna mill-valuri tagħna huma msejsa fuqha. L-iskoperta mill-ġdid tal-Bibbja hija opportunità innovattiva għall-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ.
It-testi bibliċi għandhom xi xebħ ma' l-istejjer tas-sħarijiet u l-leġġendi li l-istudenti - speċjalment dawk fil-livell primarju - diġà jafu. B'dan il-mod, l-istejjer mill-Bibbja jistgħu iqajjmulhom il-kurżità fit-Testment il-Ġdid u l-Qadim u jtejjeb l-għarfien tagħhom dwar in-nies bi rwol importanti fil-Bibbja.
L-għarfien ta' l-istudenti ta' dawn in-nies, u l-valuri li jirrapreżentaw, jippermettu attivitajiet immaġinattivi u kreattivi li jingħaqdu fi "klassifika", li tista' tinvolvi li l-istudenti jilbsu ta' nies famużi mill-Bibbja, wirja fl-iskola u gallerija bix-xogħol komuni ta' l-imsieħba fit-TwinSpace.

Etajiet 
5 - 12

Tul
1-3 xhur

Għodod ta' l-ICT
Għodod għall-ippubblikar: word processor, email,  kamera diġitali, scanner, konferenza bil-vidjo
Gallerija (preżentazzjoni bil-PowerPoint)

Mudell
Sħubija bejn żewġ skejjel jew aktar. In-numru t'għalliema involuti jiddependi fuq in-numru ta' suġġetti li se jiddaħħlu. Dan il-kit jissuġġerixxi attivitajiet kross-kurrikulari.

Suġġetti
Edukazzjoni Reliġjuża, Etika, Arti, Mużika


Għanijiet
• tiffamiljarizza ma' testi mill-Bibbja u l-ħajjiet tal-karattri u l-valuri tagħhom;
• l-iżvilupp ta' ħiliet ta' ħsieb kritiku fit-tiftix, għażla u organizzar ta' informazzjoni relatata ma' suġġett magħżul;
• il-ħolqien ta' testi qosra;
• l-użu ta' għodod sempliċi ta' l-ICT għall-kollaborazzjoni, l-ippubblikar, editjar, ikkumentar u t-tpenġija ta' testi (skond l-etajiet magħżula);
• jitgħallmu jikkomunikaw tajjeb ma' sħabhom tal-klassi kif ukoll ma' l-imseħbin tagħhom minn pajjiżi oħrajn;
• jiżviluppaw ħiliet interkulturali;
• itejbu l-kreattività u l-espressività artistika;
• jiksbu għarfien bażiku ta' kunċetti bħall-ġustizzja, l-verità, l-mogħdrija, l-ġenerożita, l-maħfra, l-lealtà, l-imħabba, eċċ.;


Valur pedagoġiku
F'dinja li l-ħin kollu tinbidel u bi sfidi ġodda, iż-żgħar għandhom bżonn jiskopru l-valuri pożittivi li jmexxu l-azzjonijiet tagħhom u jgħinuhom jikkomunikaw ma' l-oħrajn. Il-Bibbja ilha toffri linji gwida ta' l-etika għal bosta ġenerazzjonijiet u tirrapreżenta ħafna mill-valuri tal-kultura Ewropea tal-punent: il-valur aħħari tal-ħajja, il-liġi, il-ġustizzja, l-imħabba, l-mogħdrija, l-għajnuna, l-ferħ, is-sliem eċċ. L-istudenti jitgħallmu li n-nies u l-kulturi l-oħra m'humiex avversarji imma huma ġirien f'komunità dinjija b'għanijiet pożittivi komuni.

Proċess:
• Il-bidu
1.L-għalliema jagħżlu karattri mill-Bibbja u siltiet fejn huma preżentati bl-aħjar mod għall-istudenti żgħar. Jifthiemu fuq it-tip ta' riżultati: tpenġijiet, pitturi, wirja tal-moda, kitbiet qosra (miktuba jew moqrija) eċċ.
2. Jiskambjaw opinjonijiet ma' l-iskejjel imsieħba u jiddeċiedu dwar it-tqassim tax-xogħol u kif dan ser isir mill-gruppi differenti, jifthiemu wkoll dwar l-iskeda tax-xogħol u meta dan għandu jitlesta.

• Ġbir u irranġar ta' l-informazzjoni
1. L-għalliema jħejju lista ta' karattri u suġġetti mill-Bibbja u jħallu lill-istudenti jiddeċiedu dak li ser ikun "skopert" u li jkun "addottat" minn kull student. L-istudenti jitgħallmu dwar it-testi mill-Bibbja u/jew jaraw vidjos dwar dawn l-istejjer bibliċi.
2. Waħidhom, jew inkella fi gruppi żgħar, l-istudenti jibdew ix-xogħol mogħti lihom. Mill-kitbiet, jiddeċiedu kif ser jirrapreżentaw b'mod viżiv il-persuna li jkunu għażlu (tpinġija, ħwejjeġ, dehra esterna, eċċ).
3. L-għalliema tas-suġġetti involuti jintroduċu r-regoli bażiċi ta' l-arti li jridu jsegwu (simboli, kulur, eċċ) u b'mod regolari jaraw it-tip ta' xogħol u jagħtu pariri individwalment jew lill-klassi kollha sakemm ikun milħuq prodott finali sodisfaċenti.

• Skambjar ta' informazzjoni
1. Meta jkunu involuti aktar minn għalliem wieħed minn kull skola, għandu jkun hemm koordinatur tal-proġett li jkun responsabbli għall-kuntatt bejn l-istudenti, speċjalment dawk żgħar. Il-koordinatur tal-proġett jagħmilha wkoll ta' link bejn l-għalliema u jsegwi x-xogħol li jkun qed isir permezz ta' l-email, chat jew konferenza bil-vidjo. Għandu jara li ż-żmien miftiehem ikun rispettat u jorganizza laqgħat jekk ikun hemm bżonn.
2. Ir-riżultati finali ikunu skambjati u murija fl-iskejjel u fuq l-Internet - bħal slideshows, fimati, websajts eċċ.
3. Il-kontribuzzjonijiet finali jistgħu ikunu preżentati f'laqgħat għall-ġenituri, ħbieb, rappreżentanti mill-komunità. Skejjel oħrajn ukoll jistgħu ikunu mistiedna għal din il-preżentazzjoni.
4. Din l-attività tista' tkun irrekordjata fuq vidjo biex tintbagħat lill-iskola msieħba.


Riżultati possibli

• Album tar-ritratti ta' persuni importanti mill-Bibbja (b'kummenti u'jew sottotitli) 
• Slide show tar-rutina ta' kuljum jew avvenimenti importanti fil-ħajja ta' personalitajiet bibliċi
• Logħba interattiva b'mistoqsijiet multiple-choice dwar dettalji bijografiċi ta' nisa u rġiel mit-Testment il-Ġdid u l-Qadim
• Pictionary ta' nies importanti u magħrufa mill-Bibbja li ssir online ma' l-iskejjel imsieħba
• Purċissjoni bl-istudenti mlibbsa ta' nies mill-Bibbja, (Adam, Eva, Abel, Kajin, Noe, Abram, Mosè, Ruth, Ester, etc.) Huma jkunu mħabbra permezz ta' deskrizzjoni qasira ta' ħajjithom qabel jidħlu, imbagħad it-tifel jew it-tifla li tkun qed tirrapreżenta l-karattru, jitkellmu ftit dwar il-karattru tagħhom
• Sett ta' kompożizzjonijiet mużikali bibliċi jistgħu ikunu mħejjija biex jitkantaw, jkunu rreċtati, jew miżfuna minn xi studenti li jkunu qed jirrapreżentaw partijiet importanti tat-Testment il-Ġdid/Qadim
• mawra fittizja ġewwa l-ġenna biex jintervistaw xi nies mill-Bibbja dwar il-ħolm tagħhom, il-biżgħat, is-suġġerimenti, rebħiet, preferenzi, meta kienu fid-dinja, u joffru xi pariri għal dawk li għadhom jgħixu f'din id-dinja
• Kalendarju mnebbaħ mil-Ktieb tal-Proverbji jista' jkun iddisinjat u organizzat f'suġġetti bħal m'huma: Il-Ġenituri u t-Tfal; L-Irġiel u n-Nisa; Ħbieb Tajba u Ħbieb Ħżiena 
• Ħarġa fil-lokal biex jidentifikaw arti biblika, simboli u oġġetti. L-istudenti jieħdu ritratti diġitali u jaqsmuhom ma' l-iskola msieħba.
• Kull student għandu jingħata ċertifikat bl-isem tal-karattru mill-Bibbja jew l-istorja jew is-suġġett li jkun ħadem fuqhu.


Għażliet
Il-livell ta' diffikulta jista' jvarja: jista' jkun faċli ħafna - bħat-tpenġija ta' parti żgħira minn storja tal-Bibbja għat-tfal żgħar, jew l-iskambjar ta' eCards għal dawk li huma kapaċi jiktbu messaġġi żgħar b'lingwa barranija.

L-għalliema jistgħu jippreżentaw xogħlijiet ta' l-arti li juru lill-karattri magħżula u kif dawn kienu irrapreżentati minn artisti magħrufa tul l-istorja ta' l-arti. L-istudenti jistgħu iqabbluhom mat-tpenġijiet tagħhom stess. Mużika relatata mal-karattri magħrufa u t-temi tal-Bibbja jistgħu ikunu diskussi fil-klassi. L-istudenti jistgħu jaħsbu f'kanzunetti li jafu li huma relatati mal-karattri, temi u valuri preżentati fil-Bibbja.


Proġetti simili
Il-Proġett AcrosstheBible juża siltiet mill-Bibbja bħala punt tat-tluq biex jgħaqqad flimkien diversi suġġetti bħall-ingliż, l-arti, l-kraft, l-ICT, l-fotografija u aktar biex jesprimu l-ħsieb talt-Testment il-Qadim u dak Ġdid.
 
http://acrossthebibleportugal.blogspot.com/  (bil-Portugiż)

http://acrossbiblept.no.sapo.pt/HomePage.htm

http://www.acrossthebible.dk/participants.htm

http://www.acrossthebible.dk/tapestry.htm


Links utli:

Biex tfittex siltiet tal-Bibbja fuq l-Internet b'lingwi differenti f'verżjonijiet oriġinali u kontemporanji:
www.BibleGateway.com

Tfal minn madwar id-dinja jpinġu għall-Bibbja
www.bible2000.com

Studji Bibliċi, films u aktar
http://anduril.ca/movies/great.bible.movies.html

Films – il-kollezzjoni tal-Bibbja
http://www.christianvideoetc.com/46/cat46.htm?53

Cartoons fuq il-Bibbja
http://www.cartoonstock.com/search.asp?x=a&keyword=bible&Category=Not+Selected&Boolean=Or&Artist=Not+Selected&submit=Search

Karattri mill-Bibbja
http://shop.childrensministry.co.uk/index.php?cPath=28_74

Stejjer mill-Bibbja bl-Istampi
http://www.virtualchurch.org/kids.htm

Ippubblikat : 05/12/2005
Mibdul l-aħħar : 15/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea