Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Sylvia Binger
Sylvia Binger tħarrġet bħala għalliema ta' l-Ingliż u l-Arti fil-Ġermanja. Hija ngħaqdet mat-tim tan-netwerking ta' l-iskejjel ta' l-EUN f'Awwissu 2004.

Sylvia.Binger@eun.org

Tel.: +32 2 790 75 87

Sylvia għandha esperjenza estensiva fl-edukazzjoni sekondarja fejn għallment ġewwa grammar school, skola komprensiva, fi skola internazzjonali u għal żmien qasir fi skola vokazzjonali. Hija għallmet ukoll l-Ingliż għan-negozjanti lill-adulti f'kunpaniji privati u ċentri edukattivi u ħadmet ukoll fil-qasam tat-tbaħħir.

Qabel ingħaqdet ma' l-EUN, Sylvia kienet Kap tal-Lingwi Barranin fi grammar school ġewwa Berlin. Għandha kompetenzi fil-lat amministrattiv u teknoloġiku konness ma' proġetti Ewropej. Bħala għalliema kellha esperjenza kbira fl-użu tal-faċilitajiet tal-LO-Net(Teacher online) provduti  minn "Schulen ans Netz" li jgawdi l-appoġġ tal-Minsteru ta' l-Edukazzjoni.

Għal bosta snin Sylvia kienet il-koordinatriċi ta diversi proġetti Comenius li nvolvew l-użu ta' kuljum tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni. Minħabba s-suċċess ta' xogħolha u l-attivita' tagħha f'dan il-qasam kienet irrakkomandata lill-uffiċċju ta' l-EUN mill-Aġenzija Nazzjonali Ġermaniża għall-Proġetti Comenius. Fl-ewwel sentejn tal-proġett "Spring Day", Sylivia ħadmet bħala konsulent padagoġiku għall-Ġermanja. Ix-xogħol prinċipali kien li tagħżel riżorsi tematiċi validi għall-għalliema u l-istudenti, tipprovdilhom pariri pedagoġiċi, tmexxi websajt t'għajnuna pedagoġika bil-Ġermaniż, tgħin lill-istudenti u lill-għalliema jwettqu l-proġetti tagħhom u tifrex l-inizjattiva fil-Ġermanja.

Ippubblikat : 15/10/2004
Mibdul l-aħħar : 10/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea