Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Silvia Spinoso
Silvia Spinoso ingħaqdet ma' l-EUN f'Settembru 2003 fejn kompliet titħarreġ. Minn Settembru 2004 hija saret membru tat-tim tal-appoġġ għall-għalliema għall-proġett ta' l-eTwinning.

Silvia.Spinoso@eun.org

Tel.: 0032 2 790 75 65

Silvia hija l-persuna prinċipali ta' kuntatt mas-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ (NSS) u torganizza attivitajiet, gruppi ta' xogħol u konferenzi. Hija l-koordinatriċi tal-proġett Puntoedu Riforma, kors ta' taħriġ għall-għalliema organizzat minn INDIRE (fl-Italja); hija t-traduttriċi Taljana għall-proġett Jum ir-Rebbiegħa 2005 u hija l-koordinattriċi għall-evalwazzjoni tal-kompetizzjoni Id-Dinja u l-Ispazju.

Qabel ingħaqdet ma' l-EUN, Silvia Spinoso lestiet taħriġ ta' sitt xhur bħala membru ta' l-uffiċċju tal-kommunikazzjoni ta' l-INDIRE, l-Istitut Nazzjonali għad-Dokumentazzjoni għall-Innovazzjoni u Riċerka Edukattiva li jikkollabora mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni Taljan fit-taħriġ ta' l-għalliema u l-kapijiet ta' l-iskejjel.

Ġejja minn sfond ta' studji storiċi u klassiċi, b'degree cum laude fix-Xjenza Politika (Universita' ta' Firenze, l-Italia). It-teżi tagħha ser tkun ippubblikata fl-2005.

Ippubblikat : 15/10/2004
Mibdul l-aħħar : 10/02/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea