 |
X'qed jiġri fl-Islanda |
 |
Interessat/a tinvolvi ruħek fi proġett ta' l-eTwinning ma' skola fl-Islanda? Biex insiru nafu aktar dwar kif inhu sejjer l-eTwinning fl-Islanda, kellimna lil Gudmundur Ingi Markusson, il-Koordinatur ta' l-eTwinning fl-Islanda. |
 |
X'hemm differenti dwar l-edukazzjoni fl-Islanda meta mqabbla ma' pajjiżi oħrajn fl-Ewropa? Is-sistema edukattiva ta' l-Islanda għandha l-għeruq tagħha fl-art Skandinava. Minbarra l-edukazzjoni ogħla, s-sistema tħadda tliet livelli: Kindergarten, skola obbligatorja (primarja u sekondarja t'isfel), u sekondarja ta' fuq b'etajiet li jkunu ta' 2-6, 6-16 u 16-19. Il-maġġoranza tat-tfal jgħaddu mit-tliet livelli.
Kif qed jitħaddem l-ICT fl-Islanda? Filwaqt li l-aċċess u l-livell ta' użu jvara bejn skola għal oħra skond is-sapport u l-policies ta' l-iskola, l-iskejjel fl-Islanda huma mgħammra tajjeb ħafna għall-ICT, speċjalment l-iskejjel fil-livell obbligatorju u tas-sekondarja ogħla. L-aċċess b'ħeffa qawwija għall-Internet huwa mifrux sewwa fis-sistema ta' l-iskola. Dan ifisser li t-teknoloġija u l-infrastruttura għall-eTwinning jinsabu hemm.
Issa fir-raba' sena tiegħu, x'effett ħalla l-eTwinning fl-Islanda? Fl-ewwel tliet snin, l-eTwinning jidher li kien anqas popolari mill-kuġin tiegħu - is-sħubijiet Comenius li kien aktar popolari ma' l-għalliema li xtaqu jiffurmaw sħubijiet. Issa, f'din il-ħarifa, u speċjalment wara l-attivitajiet tal-Ġimgħat ta' l-eTwinning rajna li r-reġistrazzjonijiet u s-sħubijiet kważi rduppjaw. Qed nistennew aktar progress tajjeb ħafna matul din is-sena. Ninsabu wkoll eċitati biex naraw is-suċċess ta' l-eTwinners tagħna fillivell tal-kindergarten. Qed nistennew żieda fl-użu tar-riżorsi tajba ta' l-ICT li l-għalliema fl-Islanda għandhom għad-dispozizzjoni tagħhom.
X'tip ta' proġetti l-aktar li jinteressaw lill-iskejjel mill-Islanda? Għandna tqassim tajjeb ta' suġġetti bħal m'huma l-istorja, l-lingwi, l-kultura, l-matematika, x-xjenza, l-amjent u l-enerġija. Temi li jkunu partikolarment interessanti għall-Islanda huma l-enerġija ġeotermali, l-gżejjer, stati żgħar (il-popolazzjoni ta' l-Islanda hija biss ta' 300,000), il-litteratura (bħal mhuma l-leġġendi) u mużika popolari (Björk u Sigur Rós huma biss il-ħutiet il-kbar fost il-ħafna artisti). U dażgur - għandna għalliema mill-aqwa għas-suġġetti kollha.
Hemm xi attivitajiet speċjali ta' l-eTwinning għaddejjin fl-Islanda? Kburin bl-ewwel Kompetizzjoni u Konferenza Nazzjonali fir-Rebbiegħa li għaddiet li ntrebħu minn erba' proġetti mill-aqwa li kellna matul is-sena skolastika ta' qabel. Din l-attività kienet suċċess u ġibdet ħafna attenzjoni mill-iskejjel - naħseb li issa qed naraw ir-riżultat ta' dan permezz tar-reġistrazzjonijiet u s-sħubijiet li qed ikollna. Issa diġà nedejna l-Kompetizzjoni Nazzjonali u qed nistennew li jkollna attività pożittiva oħra fir-rebbiegħa li ġejja.
X'pariri tagħti lill-għalliema li jixtiequ jissieħbu fi proġetti ma' skejjel fl-Islanda? Barra mis-suġġerimenti tas-soltu li tkun taf dak li trid u li fl-istess ħin tkun flessibbli, nissuġġerixxi sempliċiment li ma żommux lura milli tagħmlu kuntatt! In-numru t'għalliema mill-Islanda dejjem qed jiżdied u ħafna minnhom mejta biex jagħmlu l-qabża rifreskanti fix-xmara diġitali!
Interessat/a li tinvolvi ruħek fi proġett ta' l-eTwinning ma' skola fl-Islanda?
Tgħallem aktar dwar l-Islanda billi tagħti daqqa t'għajn lejn informazzjoni dwar is-sistema edukattiva u l-proġetti ta' l-eTwinning tagħha.
 |
Editur tal-Web: |
Christina Crawley |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
10/12/2007 |
 |
 |
 |
|