 |
X'qed jiġri fil-Bulgarija |
 |
Interessat/a tinvolvi ruħek fi proġett ta' l-eTwinning ma' skola fl-Islanda? Biex insiru nafu aktar dwar kif inhu sejjer l-eTwinning fl-Islanda, kellimna lil Stoyan Kulev, il-Koordinatur ta' l-eTwinning fil-Bulgarija. |
 |
X'hemm differenti dwar l-edukazzjoni fil-Bulgarija
meta mqabbla ma' pajjiżi oħrajn fl-Ewropa??
Is-sistema ta' l-edukazzjoni sekondarja fil-Bulgarija tikludi
l-kindergartens, l-iskejjel u entitajiet ta' sapport li jistg]u ikunu
ta' l-istat, muniċipali jew privati skond il-mod kif inhuma mħaddma u
ffinanzjati. Skond it-tip tat-taħriġ u tal-livell ta' l-edukazzjoni,
l-iskejjel fil-Bulgarija huma maqsuma fi: skejjel primarji, skejjel
bażiċi , skejjel sekondarji ġenerali, skejjel sekondarji speċjalizzati,
skejjel sekondarji vokazzjonali, skejjel għall-isport, skejjel
għall-arti u skejjel għal tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali.
Kif qed jitħaddem l-ICT fil-Bulgarija?
Waħda mill-akbar sfidi taż-żmenijiet moderni hija
l-introduzzjoni ta' l-ICT fl-aspetti kollha tal-ħajja. Il-Ministeru ta'
l-Edukazzjoni u x-Xjenza provda laboratorji tal-kompjuters bi broadband
Internet f'kull skola fil-Bulgarija. Barra minn dan, ġie żviluppat
portal edukattiv nazzjonali li huwa disponibbli għal kulħadd. Ġewwa dan
il-portal tista' taċċessa kotba elettroniċi, testijiet, dokumentazzjoni
ta' l-iskejjel u ħafna aktar informazzjoni utli għall-istudenti,
l-għalliema u l-ġenituri.
Issa fir-raba' sena tiegħu, x'effett ħalla
l-eTwinning fil-Bulgarija?
Il-Bulgarija ingħaqdet ma' l-eTwinning sena wara t-tnedija
allura issa ninsabu fit-tielet sena. Fl-2006, flimkien mat-tnedija ta'
l-azzjoni, 200 skola u kindergarten irreġistraw fil-portal. Issa
r-reġistrazzjonijiet huma aktar minn 800 u hemm aktar minn 200 proġett
għaddejin. Dan juri interess kbir mill-għalliema Bulgari li qed
jipparteċipaw f'din l-inizzjattiva. Ħafna mill-proġetti jiżviluppaw u
jidħlu tajjeb ħafna fil-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. L-għalliema
qegħdin jgħidulna dejjem aktar li t-tagħlim qed isir aktar
interessanti u li għaldaqstant qed isir aktar faċli
li titrasmetti l-kurrikulu lill-istudenti.
X'tip ta' proġetti l-aktar li jinteressaw
lill-iskejjel mill-Bulgarija?
Ħafna mill-proġetti huma marbuta ma' l-iskambju ta'
informazzjoni fuq suppetti kulturali bħal m' huma t-tradizzjonijiet,
il-logħob u l-festi. Ħafna għalliema huma wkoll interessati fi proġetti
għal-lingwi barranin għaliex dan huwa qasam ta' prijorità
fl-Edukazzjoni fil-Bulgarija. Proġetti oħra jiffukaw fuq il-ħajja
fil-pajjiż imsieħeb jew jitrattaw suġġetti vokazzjonali bħall-fiżika,
l-matematika, l-ekoloġija u l-ekonomija.
Hemm xi attivitajiet speċjali ta' l-eTwinning
għaddejjin fil-Bulgarija?
Bħala parti miċ-Ċentru għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani,
is-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ għall-eTwinning jipparteċipa
fl-avvenimenti informattivi kollha dwar l-opportunitajiet offruti minn
programmi edukattivi Ewropej u speċjalment l-eTwinning. Barra minn
hekk, is-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ jorganizza numru ta' seminars,
flimkien ma' taħriġ online, biex l-għalliema jsiru jafu aħjar din
l-inizzjattiva tal-Kummissjoni Ewropea.
Din is-sena bdejna kampanja ta' informazzjoni biex
l-Ispettorati Reġjonali tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u x-Xjenza
jkunu jafu l-benefiċċji tal-proġetti ta' l-eTwinning għall-iskejjel u
l-kindergartens. Il-kampanja kienet imnedija f'seminar fl-Ispettorat
Reġjonali ta' Sofia u nisperaw li nkomplu bl-ispettorati l-oħra
tal-pajjiż.
X'pariri tagħti lill-għalliema li jixtiequ
jissieħbu fi proġetti ma' skejjel fil-Bulgarija?
BIlli jirreġistraw fil-Portal Ewropew www.etwinning.net,
l-għalliema jiksbu aċċess għal numru ta' riżorsi. Xi wħud minnhom (eż.,
TwinFinder, Mail, Chat, konversazzjoni Awdjo u Vidjo) jistgħu
jintiżawbiex isibu msieħba ideali li imbagħad jistgħu jwasslu għal idea
tajba għall-proġett kollaborattiv bejniethom. Kull għalliema għandu
l-opportunità li jwettaq l-idea tiegħu għal proġett relatat
mal-proċess edukattiv.
Huwa importanti li toqgħod attent għat-tqassim tax-xogħlijiet
bejn l-imsieħba, li tippjana l-attivitajiet fuq il-firxa tal-proġett u
li tikkunsidra dan kollu f'termini ta' kwalità u ta' ħin.
Barra minn dawn biex ikollok proġett ta' kwalità għolja huwa
importanti li żomm kuntatt kontinwu ma' l-imsieħba fil-proġett.
Interessat/a li tinvolvi ruħek fi proġett ta'
l-eTwinning ma' skola fil-Bulgarija?
Tgħallem aktar dwar il-Bulgarija billi tagħti daqqa t'għajn
lejn
informazzjoni dwar l-proġetti ta' l-eTwinning
u l-websajt tagħha.
 |
Mibdul l-aħħar : |
26/05/2008 |
 |
 |
 |
|