Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Labels ta' Kwalità
Labels ta' Kwalità jingħataw lill-għalliema li jkollhom proġetti ta' l-eTwinning eċċellenti. Il-Labels juru li l-proġett ikun laħaq standards għoljin kemm nazzjonalment kif ukoll fuq il-livell Ewropew. Għal din ir-raġuni, hemm żewġ labels: Il-Label Nazzjonali ta' Kwalità u l-Label Ewropea ta' Kwalità.
 

LABEL NAZZJONALI TA' KWALITÀ – Appplika għaliha llum!

Jekk taħseb li l-proġett ta' l-eTwinning tiegħek jistħoqqlu marka speċjali ta' suċċess, tista' tapplika għal-Label Nazzjonali ta' l-eTwinning bill tmur fit-taqsima tal-Labels tad-Desktop ta' l-eTwinning. Jekk għandek aktar minn proġett wieġed li taħseb li jistħoqqlu l-Label, kull m'għandek tagħmel huwa li timla applikazzjoni għal kull wieħed minnhom.

X'inhuma l-benefiċċji? Il-Label ta' Kwalità hija sinjal t'għarfien lill-għalliema u lill-iskejjel tal-livell għoli miksub fl-attivitajiet ta' l-eTwinning tagħhom. Għall-istudenti, dan iservi ta' mbuttatura għall-isforzi tagħhom filwaqt li għall-iskola in ġenerali, din isservi ta' konferma pubblika għall-impenn għall-kwalità fix-xogħol kollaborattiv Ewropew.

Min jagħti Label Nazzjonali ta' Kwalità? Hemm żmenijiet partikolari meta tapplika? Is-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ (NSS) f'kull pajjiż jevalwa l-applikazzjonijiet għal-Label Nazzjonali ta' l-eTwinning li jirċievi mill-iskejjel f'pajjiżu. Il-Labels jingħataw matul is-sena kollha, madankollu, f'xi pajjiżi, ikun hemm dati ta' l-għeluq allura jkun tajjeb jekk inti tikkuntattja l-NSS tiegħek għal aktar informazzjoni dwar dan. La darba l-applikazzjoni tkun milqugħa jew irrifjutata, l-NSS jikkuntattjak.

Liema huma l-kriterji? Proġett ikun irid jikseb livell għoli f'dawn l-oqsma: (1) Sostenibbiltà, (2) Użu ta' l-ICT fil-proġett, (3) Riżultati u benefiċċji, (4) Integrazzjoni kurrikulari, (5) Dimensjoni Ewropea, (6) Innovazzjoni u kreattività, u (7) Kwalità ġenerali.

LABEL EWROPEA TA' KWALITÀ – M'hemmx bżonn tapplika!

  Il-Label Ewropea ta' Kwalità hija t-tieni sinjal ta' suċċess u hija mogħtija awtomatikament mis-Servizz Ċentrali t'Appoġġ lil dawk l-iskejjel fi proġetti li fihom mill-anqas żewġ imsieħba jkunu rċevew il-Label Nazzjonali ta' Kwalità. Il-Label Ewropea tiġi mogħtija darbtejn fis-sena u tkun imxandra fuq il-Portal ta' l-eTwinning.

** The next round of winning schools - 2 July 2008 **

Skejjel Rebbieħa – Jannnar 2008
Skejjel Rebbieħa - Ġunju 2007
Skejjel Rebbieġa - Diċembru 2006

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 18/01/2008
Mibdul l-aħħar : 10/06/2008
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Kummissjoni Ewropea