 |
Regoli |
 |
Eliġibbiltà, Kategoriji u Informazzjoni Oħra |
 |
Eliġibbiltà
Biex ikunu jistgħu jiddaħħlu għall-kompetizzjoni, l-proġetti jridu jkunu rreġistrati fuq il-Portal u approvati mis-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ rispettivi. Proġetti rreġistrati bejn l-1 ta' April 2006 u t-30 ta' Ġunju 2007 huma eliġibbli. Id-data ta' l-egħluq għas-sottomissjonijiet hija 31 t'Ottubru 2007.
Kategoriji
Wieħed mill-imsieħba jdaħħal il-proġett f'waħda mill-kategoriji:
- studenti bejn l-4 u 10 snin
- studenti bejn l-11 u 14-il sena
- studenti bejn l-15 u 19-il sena
- Proġetti tax-Xjenza: Din il-kategorija speċjali ser tinkludi l-proġetti kollha tax-xjenza mill-kategoriji 1-3.
Is-sottomissjonijiet ikunu magħmula permezz tal-Portal Ewropew ta' l-eTwinning.
Sottomissjonijiet
X'inhi sottomissjoni?
- Sottomissjoni tirrapreżenta proġett kollaborattiv li jinvolvi skejjel minn pajjiżi differenti u li jagħmel użu mill-ICT
- Il-proġett irid ikollu riżultati tanġibbli li jagħtu lill-evalwaturi idea konkreta tal-valur, il-proċess u r-riżultati tal-proġett
Kull sottomissjoni għandha tkun deskritta kif ġej:
- It-Titlu tal-Proġett
- Informazzjoni dwar il-Proġett li jinkludi l-kategorija ta' l-età kif ukoll links u dokumenti dwar ir-riżultati tal-proġett
- Deskrizzjonijiet dwar id-diversi elementi tal-proġett hekk kif definiti mill-kriterji tal-premjijiet (mhux aktar minn 150 kelma dwar kull kriterju).
Fejn japplika, kull sottomissjoni għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-kuntest bħal rebħ ta' premjijiet oħrajn, l-iffinanzjar minn kumpaniji, eċċ.
Aspetti Etiċi u Legali Is-sottomissjonijiet kollha jridu jsegwu l-liġi u kull ftehim Ewropej dwar id-drittijiet ta' l-awtur. Kwotazzjonijiet qosra jistgħu jintużaw jekk is-sors ikun indikat b'mod ċar. Stampi, film, awdjo u multimedja oħrajn jistgħu jintużaw biss jekk magħmulin mill-iskola jew simili, jew jekk il-propjetarju ta permess għall-użu b'mod espliċitu, jew jekk ikunu meħuda minn sorsi mingħajr ħlas bħall-Clip Art.
Sottomissjonijiet magħmula għall-premjijiet ta' l-eTwinning jibqgħu il-propjetà ta' l-iskola/organizzazzjoni jew l-għalliem. Il-Kummissjoni Ewropea u Servizzi tAppoġġ Ċentrali u Nazzjonali għandhom id-dritt li jagħmlu dan il-materjal aċċessibbli għall-kulħadd għal-użu edukattiv, fuq l-Internet, CD-ROM jew medja oħra mid-data tas-sottomissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013.
 |
Editur tal-Web: |
Christina Crawley |
 |
 |
 |
 |
Mibdul l-aħħar : |
18/09/2007 |
 |
 |
 |
|