Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  
 
Ipprintja din il-paġna
Evalwazzjoni u Skeda
Kriterji Ġenerali, Proċess t'Evalwazzjoni, u Ċerimonja ta' l-Għoti tal-Premjijiet

Kriterji Ġenerali

L-Evalwaturi ser iqisu dawn il-kriterji:

  • Innovazzjoni Pedagoġika u Integrazzjoni fil-Kurrikulu: kif il-proġett u l-użu ta' l-iCT jbiddlu l-ħajja ta' kuljum fl-iskejjel imsieħba u kif jidħol fil-policies nazzjonali u r-restrizzjonijiet minħabba l-eżamijiet
  • Kollaborazzjoni bejn l-iskejjel imsieħba: kif l-għalliema u l-istudenti jikkomunikaw biex ikunu jistgħu jaħdmu flimkien
  • Użu kreattiv ta' l-ICT: kif tmur lil hinn mill-użu ta' l-email
  • Sostenibbiltà u Trasferibbiltà: kif tigarrantixxi li l-proġett ser jieħu fit-tul, jinvolvi lill-iskola kollha u jaqsam il-benefiċċji ma' kulħadd
  • Riżultati u Benefiċċji: ir-siżultat tal-proġett kif ukoll ir-raġuni għaliex il-proġett tiegħek għandu jkun ippremjat


Proċess ta' l-Evalwazzjoni

31 t' Ottubru 2007: Jidħlu l-aħħar sottomissjonijietFinal submissions received

20 ta' Novembru 2007: Jitlesta l-ewwel stadju
Kull Servizz Nazzjonali t'Appoġġ jappunta persuna fuq il-panel ta' evalwaturi Ewropej. Din l-evalwazzjoni ssir online

15 ta' Jannar 2008: Jitlesta t-tieni stadju
Il-lista mqassra ta' l-aħjar proġetti tkun mgħoddija lil panel independenti t'esperti magħmula minn rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Pedagogical Advisory Group għall-eTwinning, is-Servizz Ċentrali t'Appoġġ u esperti esterni. Il-Panel tagħżel il-finalisti.

25 ta' Jannar 2008: Riżultati u notifikazzjoni lill-finalisti

Ċerimonja ta' l-Għoti tal-Premjijiet ta' l-eTwinning

Rapreżentanti mis-sħubijiet finalisti jkunu mistiedna jattendu ċ-ċerimonja ta' l-għoti tal-premjijiet li ssir fi Frar jew f'Marzu ta' l-2008. Ir-rebbieħa u r-runners up ikunu mħabbra f'din l-okkażjoni matul il-Konferenza Annwali ta' l-eTwinning 2008.

Editur tal-Web: Christina Crawley
Ippubblikat : 07/08/2007
Mibdul l-aħħar : 17/09/2007
Lingwi oħra : bg | cz | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | sk | sl | sv






l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea