Login  
   
 
  Insejt il-passwerd?  
     
  Irreġistra
  Għaliex għandek tirreġistra?  
     
  Fittex  
 
  Newsletter  
   
 
 
Daqs ta' l-ittri:  

Għadek se tibda?

Jekk inti għadek ġdid/a għall-eTwinning, hawn ser issib tagħrif ġenerali dwar din l-inizjattiva u kif tista’ tinvolvi lilek innifsek fi sħubija kollaborattiva.

L-eTwinning huwa qafas li jiffaċilita l-kollaborazzjoni ta’ skejjel minn pajjiżi differenti ta’ l-Ewropa permezz ta’ l-Internet.

L-eTwinning hija l-azzjoni ewlenija fi ħdan il-progamm eLearning ta’ l-Unjoni Ewropea.

Tippromwovi l-kollaborazzjoni bejn skejjel fl-Ewropa permezz ta’ l-użu tat-Tekonoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni (ICT) billi tipprovdi sapport, għodod u servizzi li jiffaċilitaw sħubijiet f’suġġetti differenti.



L-ewwel trid tirreġistra l-iskola. Fil-formola tar-reġistrazzjoni, tkun mitlub/a tagħti informazzjoni dwarek innifsek, l-iskola u l-ideat għall-proġett.

Importanti li timla l-formola tajjeb ħalli tkun tista’ tkun ikkuntatjat/a minn partners ideali. La darba tirreġistra tingħata username u password li jippermettulek tidħol fid-Desktop ta’ l-eTwinning.

 

Biex twaqqaf sħubija ta’ l-eTwinning, trid issib partner u flimkien taslu għad-dettalji tal-proġett. Jekk diġà għandek partner tista’ tirreġistra s-sħubija. Jekk m’għandekx partner tista’ tfittex permezz ta’ l-għodod għat-tiftix tal-partners disponibbli fuq id-Desktop: ‘Fejn Niltaqgħu’ u t-TwinFinder.

Meta tkun qed tfittex għall-partners ideali, kun żgur li li tikkunsidra dawn il-kriterji:

  • Li jkollkom l-istess oġġettivi u li taqblu fuq suġġett għall-proġett kollaborattiv;
  • Li l-partner tiegħek jikkomunika regolarment u b’mod miftuħ;
  • Li l-età, n-numru u l-livell tal-lingwa ta’ l-istudenti huma kumparabbli;
  • Li t-tagħmir ta’ l-ICT fl-iskejjel jippermetti kollaborazzjoni effiċjenti.

La darba tkun sibt partner u ddeċidejtu dwar il-proġett li se twettqu, tista’ tirreġistra s-sħubija. Imbagħad ikollok aċċess għall-għodod kollaborattivi tat-TwinSpace u tingħata l-Label ta’ l-eTwinning li tista’ tistampa u turi fl-iskola tiegħek. Ikollok aċċess għall-Progress Card ukoll, din tippermettilek tikkomunika mas-Servizz Nazzjonali t’Appoġġ ta’ pajjiżek dwar dak li qed tagħmlu fil-proġett.

  • StartFragment Għalliema ta’ kull suġġett, kapijiet ta’ skejjel, librara u staff ieħor ta’ l-iskola;
  • StartFragment Skejjel mill-Unjoni Ewropea, n-Norveġja u l-Islanda;
  • StartFragment Skejjel taż-żgħar nett, primarji u sekondarji (etajiet: 3 sa 19-il-sena).

StartFragment Tista’ tieħu sehem fl-eTwinning b’mod sempliċi ħafna u mingħajr proċeduri li jieħdu ż-żmien. Sempliċiment tirreġistra l-iskola, ssib partner minn skola barranija u tirreġistra l-proġett tiegħek permezz tal-Portal ta’ l-eTwinning.

M’hemmx għotjiet ta’ flus jew amministrazzjoni marbuta mas-sistema u laqgħat wiċċ imb’wiċċ m’humiex mistennija.

l-eTwinning huwa parti mill-programm eLearning tal-Kummissjoni Ewropea