Ġimgħat tal-eTwinning 2010
Is-sena skolastika 2010-2011 waslet!
Biex niċċelebraw iż-żmien il-ġdid tal-iskola, il-kampanja tal-Ġimgħat tal-eTwinning 2010 se ssir matul ix-xahar t’Ottubru. B’attenzjoni partikolari fuq "il-promozzjoni tal-eTwinning", l-eTwinners huma mistiedna jaqsmu, jipproduċu u jiddiskutu l-eTwinning għas-sena li ġejja.
Agħti ħarsa lejn l-attivitajiet li qed isiru madwar l-Ewropa u f’kull pajjiż biex tieħu sehem!
Ingħaqad mal-Kamra tal-Għalliema l-ġdida meta tippromwovi l-eTwinning
Bħala parti mid-disinn il-ġdid tad-Desktop tal-eTwinning, karatteristika ġdida disponibbli għall-eTwinners hija l-possibbiltà li toħloq Kmamar tal-Għalliema biex tiddiskutu ċerta temi permezz ta’ forum iddedikat u live chat.
Għall-Ġimgħat tal-eTwinning, inħolqot Kamra tal-Għalliema speċjali mis-Servizz t’Appoġġ Ċentrali biex tinkoraġġixxi diskussjonijiet dwar il-promozzjoni tal-eTwinning. Kemm jekk qed tfittxu l-ispirazzjoni jew lesti taqsmu mal-oħrajn, kulħadda mistieden jingħaqad. Biex tagħmel dan, illoggja fid-Desktop imbagħad fil-"Kmamar tal-Għalliema" (tab ġdida fin-navigazzjoni ta’ fuq).

