MADWAR L-EWROPA

Minn Christina Crawley

Hekk kif is-sena skolastika 2010-2011 tibda, kun żgur li tieħu sehem fl-attivitajiet tal-Ġimgħat tal-eTwinning Weeks organizzati mis-Servizz t’Appoġġ Ċentrali.

picture

 

Matul ix-xahar kollu ta’ Ottubru, l-eTwinners huma mistiedna jieħdu sehem f’numru ta’ attivitajiet li qed jiġu organizzati f’livell Ewropew. B’attenzjoni speċjali fuq "il-promozzjoni tal-eTwinning' għall-Ġimgħat tal-eTwinning ta’ din is-sena, sir af aktar dwar kif tista’ titgħallem, taqsam u tikkollabora ma’ skejjel madwar l-Ewropa.

Hawn taħt hawn lista ta’ 5 attivitajiet ċentrali li l-eTwinners kollha huma mistiedna jingħaqdu fihom f’Ottubru. Dawn ivarjaw minn preżentazzjonijiet personali sa sessjonijiet interattivi online u taqsim ta’ riżorsi.

 

 

ATTIVITÀ 1: Ippromwovi l-eTwinning fil-komunità tiegħek!

Hekk kif is-sena skolastika tibda dieħla, għaliex ma torganizzax sessjoni ta’ informazzjoni jew avveniment għall-għalliema, il-ġenituri u/jew l-awtoritajiet lokali? Xerred il-kelma dwar l-eTwinning! 

1. Iddokumenta l-attivitajiet tiegħek . Jekk qed torganizza xi ħaġa, kun żgur li tikteb dwarha fil-Ġurnal il-ġdid fjamant tiegħek tal-eTwinning fuq il-Profil tad-Desktop tiegħek. Hawnhekk tista’ tittaggja l-attività tiegħek bħala “promo_etwinning” biex ħaddieħor ikun jista’ jitgħallem dwarha u jsibha fuq il-mappa tal-Ġimgħat tal-eTwinning.

2. Fittex l-ispirazzjoni . Ingħaqad mal-Kamra tal-Għalliema l-ġdida fuq Il-promozzjoni tal-eTwinning fid-Desktop tiegħek. Permezz ta’ forum u kamra taċ-chat, tista’ tiddiskuti ideat u tiskambja riżorsi.

3. Aqsam ir-riżorsi tiegħek. Jekk għandek materjal promozzjonali interessanti (preżentazzjonijiet, dokumenti, vidjos, eċċ.) li taħseb li jistgħu jkunu utli għal eTwinners oħra, żidhom mal-qasam tar-Riżorsi fuq id-Desktop bit-tag “promo_etwinning”.

 

ATTIVITÀ 2: Kollezzjoni ta' ritratti

L-eTwinning irid ir-ritratti tiegħek!

Jekk għandek ritratti ta’ definizzjoni għolja li juru l-kollaborazzjoni u d-divertiment tal-eTwinning, aqsamhom mat-tim tal-eTwinning!

Kull sena, l-eTwinning jippubblika numru ta’ rapporti, kotba u artikli li fihom jistgħu jintużaw ritratti ta’ eTwinners waqt li qed jaħdmu. Jekk inti interessat tikkontribwixxi r-ritratti tiegħek biex jidhru f’pubblikazzjoni fil-futur, aqsamhom magħna!

X’għandek tagħmel? Żidhom fil-qasam tar-Riżorsi fuq id-Desktop bit-tag “photo_etwinning”. Kun żgur li tagħżel il-liċenzja Creative Commons “Attribution-NonCommercial-ShareAlike 3.0 Unported". B’dan il-mod, l-eTwinning jattribwixxi wkoll kull ritratt li jistgħu jużaw mal-istess liċenzja Creative Commons.  

 

ATTIVITÀ 3: Promozzjonijiet kummerċjali tal-eTwinning

Kieku kif tippromwovi l-eTwinning? Xi jfisser għalik l-eTwinning? Għidilna fil- Promozzjoni kummerċjali tal-eTwinning ! tiegħek

L-iskejjel huma mistiedna jipproduċu promozzjonijiet kummerċjali tagħhom stess ta’ 15-il sekonda dwar l-eTwinning. Dan jista’ jkun sempliċi jew kumpless kemm tixtieq inti! Aħdem ma’ grupp żgħir, grupp kbir, grupp transkonfinali… u aqsam xi jfisser għalik l-eTwinning!

X’għandek tagħmel? Tella’ l-promozzjoni kummerċjali tiegħek tal-eTwinning fil-qasam tar-Riżorsi fuq id-Desktop bit-tag “promo_etwinning” u "commercial_etwinning". Kemm jekk tixtieq tippermetti lil ħaddieħor juża x-xogħol tiegħek, kif ukoll jekk tippreferi żżomm id-drittijiet tal-awtur kollha, kun żgur li tagħżel il-liċenzja Creative Commons it-tajba meta tkun qed ittella’.

 

ATTIVITÀ 4: Għal aktar tagħrif dwar id-Desktop il-ġdid 

Ipprova l-għodod il-ġodda fuq id-Desktop il-ġdid fjamant tal-eTwinning!

Kif forsi rajt, id-Desktop il-ġdid tal-eTwinning issa tnieda! B’aktar informazzjoni miġbura flimkien f’post wieħed, id-Desktop tiegħek tal-eTwinning issa huwa l-post li jservi għall-attivitajiet kollha (one-stop shop) tal-eTwinning.

Għal aktar tagħrif dwar id-Desktop, agħti ħarsa lejn dan ir-rekording tal-web (bl-Ingliż) li jurik dak li hu ġdid u kif tużah. 

 

ATTIVITÀ 5: Taħditiet tal-eTwinning

Ejja nitkellmu! 

Dan ix-xahar, se jsiru numru ta’ sessjonijiet Elluminate online għalik u għall-istudenti tiegħek biex tiddiskutu ma’ ħaddieħor minn madwar l-Ewropa. Biex tingħaqad fit-taħdita, ikklikkja fuq il-link tas-sessjonijiet. Is-sessjonijiet ikunu mmoderati bl-Ingliż, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

07.10.2010,18.00-19.00 CETId-Desktop il-ġdid tal-eTwinning –M/T ma’ Santi Scimeca u Christina Crawley mis-Servizz t’Appoġġ Ċentrali.

12.10.2010, 18.00-19.00 CETGruppi tal-eTwinning – immexxija minn Donatella Nucci mis-Servizz t’Appoġġ Nazzjonali Taljan, iltaqa’ mal-moderaturi tal-Gruppi l-ġodda tal-eTwinning.

13.10.2010, 12.00-13.00 CETDibattitu tal-istudenti (tema TBC)  – immexxija minn Anne Gilleran mis-Servizz t’Appoġġ Ċentrali.

19.10.2010, 18.00-19.00 CETId-Desktop il-ġdid tal-eTwinning  – M/T ma’ Santi Scimeca u Christina Crawley mis-Servizz t’Appoġġ Ċentrali.

21.10.2010, 18.00-19.00 CETEjja nippromwovu l-eTwinning – immexxija mill-Ambaxxaturi tal-eTwinning.

26.10.2010, 18.00-19.00 CETEjja nippromwovu l-eTwinning – immexxija mill-Ambaxxaturi tal-eTwinning.

28.10.2010, 12.00-13.00 CETDibattiti tal-istudenti (tema TBC) – immexxija minn Anne Gilleran mis-Servizz t’Appoġġ Ċentrali.

 

 

 

Ingħaqad f’attività, agħtu bidu mal-istudenti tagħkom, aqsmu r-riżltati – u ddevertu!