TwinSpace Tools
| Il-proġett ta' l-eTwinning għadu kif ġie approvat u trid tibda taħdem. L-ideat dwar il-proġett jistgħu ikunu ċari imma għaliex ma tippruvax tuża t-TwinSpace biex twettqu? |
It-TwinSpace huwa biċċa għodda multilingwali iddisinjata propju għall-proġetti ta' l-eTwinning. Hemm varjetà kbira ta' għodod li tista' tuża u jekk tużax it-TwinSpace jew le tiddeċidieħ int biss! Tista' tużah bħala bażi għall-kommunikazzjoni u għall-attivitajiet tal-proġett, biex turi l-proġett tiegħek, jew sempliċiment bħala post fejn taħżen id-dokumenti. Biex tara x'tista' tagħmel bit-TwinSpace, fittex fost it-TwinSpaces Pubbliċi
(coming soon). X'inhu t-TwinSpace? Għaliex għandi nużah? It-TwinSpace huwa klassi virtwali fejn is-sħubijiet iwettqu l-proġetti tagħhom. Inħoloq bħala għodda kollaborattiva apposta għall-eTwinning, u għalhekk huwa iddisinjat biex jaqdi l-ħtiġijiet tas-sħubijiet ta' l-eTwinning. Fost id-diversi funzjonijiet, it-TwinSpace huwa: - Multilingwali: is-sistema hija tradotta fit-tnejn u għoxrin lingwa mitkellma fil-pajjiżi li qed jieħdu sehem fl-eTwinning. Dan jagħmel din l-għodda aktar faċli biex tużaha, kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti;
- Sigur: l-aċċess għat-TwinSpace huwa protett permezz ta' passwerd u huwa aċċessibbli biss għan-nies li jkunu mistiedna mill-amministraturi tal-proġett (normalment l-għalliema li jkunu waqqfu l-proġett). Dan ifisser li l-istudenti tiegħek jistgħu jaħdmu f'ambjent sigur mingħajr ir-riskju li jiltaqgħu ma' persuni mhux magħrufa jew kontenut mhux xieraq;
- Faċli biex tużah: it-TwinSpace huwa magħmul għal dawk li m'humiex esperti fil-kompjuter. Huwa iddisinjat biex kull min għandu ħiliet bażiċi fil-kompjuter jkun jista' jużah tajjeb;
- Orjentat għall-proġetti: Magħmul apposta biex jipprovdilek spazju għall-ippjanar neċessarju, għall-kommunikazzjoni u jagħtik opportunità għall-ippubblikar biex tkun tista' twettaq proġett ta' suċċess.
Kif nużah? M'hemmx mod wieħed ta' kif taħdem bit-TwinSpace; is-sħubijiet jistgħu jużawh b'diversi modi, bħal: - Kamra ta' l-għalliema: fejn l-għalliema jiltaqgħu, jitkellmu u jħejju l-attivitajiet għall-istudenti
- Klassi: fejn l-għalliema jistiednu lill-istudenti biex iwettqu l-proġett
- Portfolio: fejn l-imsieħba jiġbru d-dokumenti, r-riżultati, u l-links l-aktar importanti tagħhom
- Vetrina: fejn ir-riżultati tal-proġett ikunu aċċessibbli għall-pubbliku (jiġifieri li tagħmel it-TwinSpace pubbliku)
M'hemmx ħtieġa li tuża l-għodod kollha li hemm ġewwa t-TwinSpace. Tagħżel dawk li li jaqblu mal-ħtiġijiet tat-tagħlim tiegħek u mal-ħiliet ta' l-istudenti. Qabel tuża l-għodod tat-TwinSpace, ippruvahom u ara kif jaħdmu. Jeżistu struzzjonijiet dwar l-użu tat-TwinSpace. Hawn ser nissuġġerixxu xi ideat għall-użu tat-TwinSpace, imma toqgħodux tibżgħu tesperimentaw u tkunu kreattivi!
 |
- Editur tal-Web: Katerina Bavorova
- Ippubblikat: 28.08.2008
- Mibdul l-aħħar: 16.09.2009
|
 |
|
Disponibbli wkoll bil-...
|