Għodod tad-Desktop
Id-Desktop huwa post personali protett bl-għodda kollha li għandek bżonn biex tieħu sehem fl-eTwinning. Ladarba tirreġistra, illoggja fid-Desktop u tkun tista’ tuża diversi faċilitajiet, tfittex partners, tiddiskuti l-idea, twaqqaf proġetti ma’ partner jew aktar u timmaniġja l-profili tiegħek, ta’ l-iskola u tal-proġett. |
Aġġorna l-profili tiegħek Profilei: Żomm il-profili personali, ta’ l-iskola u tal-proġett aġġornati biex eTwinner oħrajn ikunu jistgħu jaraw dak li jinteressak u jikuntattjawk. Fil-profil tista’ tinkludi informazzjoni dwarek innifsek, l-ideat tal-proġetti, aġġornamenti ta’ l-attivitajiet, il-ġabriet tar-ritratti u ħafna ħafna aktar. Fittex partners Fittex: Skond il-profil u l-interessi tiegħek tista tagħmel tiftixa sempliċi jew tiftixa avvanzata fejn tissettja diversi kriterji biex tfittex partner. Forum: Poġġi messaġġi li jiddeskrivu l-proġetti tiegħek jew wieġeb messaġġi mpoġġija minn oħrajn. Tista’ wkoll tfittex fil-messaġġi skond diversi kriterji. Iltaqa’ ma nies b’kumbinazzjoni: Meta żżur il-prifili ta’ membri oħrajn, tista tara l-kuntatti tagħhom u l-partners tal-proġetti u jista’ jkun li fost dawn ikun hemm xi ħadd li inti tħoss li jkun perfett għalik. Iddiskutu ideat Mailbox: Vħala eTwinner, għandek aċċess għal sistema ta’ messaġġi li tippermettilek tiskambja messaġġi b’mod sigur ma’ membri oħra rreġistrati fil-Portal. Il-messaġġi jistgħu jinqraw biss mid-Desktop; tista’ tagħżel li tintbagħtlek notifika fl-indirizz ta’ l-email li tkun irreġistrajt kull darba li tirċievi messaġġ ġdid. Chat: Fuq id-Desktop ta’ l-eTwinning, tista’ tara meta l-kuntatti tiegħek ikunu online u tiftaħ chatroom biex titkellem magħhom dwar proġett li tkun qed tippjana jew dwar l-eTwinning b’mod ġenerali. Project ideas: Inkludi kemm jista’ jkun ideat biex jarawhom eTwinners li potenzjalment jistgħu ikunu kollaboraturi. Jekk tara xi idea li togħġbok fi profil ta’ xi ħadd ieħor, immarkaha b “jien ukoll” biex tibgħatilhom notifika. Aqsam ir-riżultati TwinBlog: Agħti feedback dwar l-attivitajiet tal-proġett tiegħek billi tpoġġi messaġġi fuq it-TwinBlog li hija aċċessibbli mid-Desktop. Tista’ tippubblikahom għal kulħadd jew iżżommhom privati bejnietkom u s-Servizz Nazzjonali t’Appoġġ. Riżorsi: Uża database ta’ materjali għat-tagħlim li hija maqsuma bejn l-iskejjel ta’ l-eTwinning biex tara x’ideat hemm u tagħti tiegħek ukoll. Dawn il-materjali inħolqu permezz ta’ l-eTwinning jew inkelli instabu li kienu ta’ użu b’mod ġenerali. Dawn ser ikunu disponibbli minn Frar 2009. Ikseb għarfien Labels ta’ l-eTwinning: Niżżel u stampa l-Label ta’ l-eTwinning għall-kull proġett li tirreġistra. Jekk il-proġett tiegħek laħaq ċert livell ta’ kwalità, tista’ tapplika għal-Label ta’ Kwalità.
 |
- Editur tal-Web: Christina Crawley
- Ippubblikat: 05.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
|
 |
|