Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Attivitajiet ta’ Tagħlim

picture

Attivitajiet ta’ Tagħlim huma Attivitajiet intensivi qosra online dwar numru ta’ temi. Huma mmexxija minn espert u jinkludu xogħol u diskussjoni attiva bejn għalliema madwar l-Ewropa.

Tixtieq ittejjeb l-Iżvilupp Professjonali tiegħek u tiltaqa’ ma' nies ġodda? Mela l-Attivitajiet ta’ Tagħlim huma għalik! 

 

L-idea ta’ Attività ta’ Tagħlim hija ta’ kors intensiv qasir li joffrilek introduzzjoni għal suġġett, jistimula l-ideat tiegħek, jgħinek tiżviluppa l-ħiliet tiegħek u ma jitlobx minnek impenn fit-tul f’termini ta’ ħin.  Huwa wkoll imfassal biex tkun esperjenza ta’ tagħlim divertenti.


Kull Attività ta’ tagħlim tieħu bejn 4 u 5 ijiem ta’ xogħol u diskussjoni attiva, segwiti minn 4-5 ijiem ta’ riflessjoni u xogħol personali.  Il-materjal huwa online u tista’ taċċessah meta trid.


Kif tipparteċipa? L-applikazzjoni għal kull attività hija miftuħa għall-għalliema kollha rreġistrati mal-eTwinning, xi ġimgħa qabel tibda l-attività. Il-link qegħda fuq id-Desktop tiegħek, għalhekk illoggja biex timla l-formola li hemm online. Jekk għadek m’intix irreġistrat/a għamel dan billi ssegwi l-link fuq id-Desktop tiegħek.


L-Attivitajiet kollha jsiru fil-Laboratorju ta’ Tagħlim tal-eTwinning.

  

Hawn taħt issib il-lista l-ġdida ta’ Attivitajiet ta’ Tagħlim minn Jannar 2012:


30 ta’ Jannar – 12 ta’ Frar:    Tagħlim interġenerazzjonali  

Daniela Aghir u l-kollegi
Lingwa ta’ Ħidma: Ingliż
L-applikazzjonijiet jiftħu fl-20 ta’ Jannar

Dan l-avveniment se janalizza l-attitudnijiet lejn l-età u l-mod li bih is-soċjetà tħares lejn l-età u l-anzjanità.  Waqt l-attività, approċċi strateġiċi lejn it-tagħlim flimkien bħala ġenerazzjonijiet differenti se jiġu evalwati u pjanijiet għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ tagħlim interġenerazzjonali tal-eTwinning fl-2012, is-Sena Ewropea għal xjuħija Attiva u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet se jiġu żviluppati.


13 – 26 ta’ Frar:   Nersqu lejn il-Matematika 2.0

Irene Vasilescu
Lingwa ta’ Ħidma: Ingliż
L-applikazzjonijiet jiftħu fis-6 ta’ Frar

Dan l-avveniment huwa ffokat fuq xi ftit metodi għat-titjib tal-livell tal-involviment tal-istudenti fi proġetti li jinvolvu l-Matematika, li għandhom karatteristiċi speċifiċi u li ħafna drabi jitqiesu bħala ‘aridi’.  L-aspett tal-inċentiv tax-xogħol tal-proġetti se jiġi esplorati permezz tat-tipi ta’ attivitajiet li huma ppjanati, il-livell ta’ kollaborazzjoni u l-għodod użati.


27 ta’ Frar – 9 ta’ Marzu: eTwinning u l-Klassi Kreattiva

Ioanna Komininou
Lingwa ta’ Ħidma: Ingliż
L-applikazzjonijiet jiftħu fiż-17 ta’ Frar

Dan l-avveniment jipprovdi varjetà ta’ ideat u tekniki għall-iżvilupp ta’ proġett tal-eTwinning b’mod innovattiv u kreattiv. Dan huwa adattat għall-għalliema tal-eTwinning tad-dixxiplini kollha kemm prinċipjanti kif ukoll dawk li għandhom l-esperjenza.

 

12 – 25 ta’ Marzu: Naqsmu l-Fruntieri Kurrikulari

Paulien du Fossé
Lingwa ta’ Ħidma:Ingliż
L-applikazzjonijiet jiftħu fit-2 ta’ Marzu

Dan l-avveniment se jesplora kif proġett tal-eTwinning jista’ jkollu tema għal għadd ta’ suġġetti u jinvolvi approċċ għall-kurrikulu organizzat. Jiġu esplorati l-prattikalitajiet tal-iżvilupp ta’ tim ta’ għalliema li qed jaħdmu fuq kunċett tal-eTwinning.

 

16 - 27 ta’ April l-Arti, l-Istorja u l-filosofija għal proġetti tal-eTwinning

Adam Stepinski 
Lingwa ta’ Ħidma: Ingliż
L-applikazzjonijiet jiftħu fit-2 ta’ April

Dan l-avveniment se jittratta dwar il-modi kif jistgħu jiġu esplojtati l-arti, l-istorja u l-filosofija fl-eTwinning, inkluż - kif tadatta u tmexxi proġett interdixxiplinarju ta’ suċċess ibbażat fuq it-tliet suġġetti.


 

Box Top
  • Editur tal-Web: Anne Gilleran
  • Ippubblikat: 11.06.2009
  • Mibdul l-aħħar: 11.01.2012
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Professional Development

Bullet listWorkshops għall-Iżvilupp Professjonali
Selected itemAttivitajiet ta’ Tagħlim
Bullet listGruppi tal-eTwinning
Bullet listTaħriġ
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom