Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Workshops għall-Iżvilupp Professjonali

picture

Workshops għall-Iżvilupp Professjonali huma mmirati lejn individwi li jixtiequ jitgħallmu aktar dwar l-eTwinning u jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom fil-kollaborazzjoni Ewropea permezz tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (ICT).

 

Dawn il-workshops iġibu flimkien parteċipanti minn pajjiżi Ewropej differenti biex jinnetwerkjaw u jaqsmu l-esperjenzi. Jinżammu workshops ta’ netwerking u tiftix ta’ msieħba għal għalliema f’pajjiżi Ewropej differenti matul is-sena skolastika.

Il-Parteċipazzjoni f’Workshops għall-Iżvilupp Professjonali hija bi stedina biss. Jekk tixtieq tieħu sehem, jekk jogħġbok ikkuntattja s-Servizz Nazzjonali t'Appoġġ tiegħek.

 

  • 11-13 ta’ Marzu 2010 - Goteborg, l-Iżvezja. Punt ta’ Fokalizzazzjoni: Kapijiet tal-Iskejjel
  • 8-10 April 2010 - Tomar, Portugal. Punt ta’ Fokalizzazzjoni: Apprezzament u inklużjoni interkulturali: sfida għall-iskejjel
  • 28-30 ta’ Mejju 2010 - Villasimius (Sardinia), Italja. Punt ta’ Fokalizzazzjoni: Ambaxxaturi Ġodda tal-eTwinning
  • 16-18 ta’ Settembru 2010 - Istanbul, Turkija. Punt ta’ Fokalizzazzjoni: eTwinning għal prinċipjanti
  • 23-25 ta’ Settembru 2010 - Slovenja. Punt ta’ Fokalizzazzjoni: Għalliema tax-Xjenza Naturali
  • 15-17 ta’ Ottubru 2010 - Franza. Punt ta’ Fokalizzazzjoni: Żvilupp Sostenibbli
  • 22-24 ta’ Ottubru 2010 - United Kingdom. Focus: eTwinning Ambassadors
  • 3-6 ta’ Novembru 2010 - Vjenna, Awstrija. Punt ta’ Fokalizzazzjoni: Teknoloġiji ġodda fil-klassi
  • 12-14 ta’ Novembru 2010 - Finlandja. Punt ta’ Fokalizzazzjoni: L-Użu tal-Midja Diġitali

 

Feedback mill-parteċipanti

Sir af aktar dwar il-Workshops għall-Iżvilupp Professjonali minn kollegi Ewropej oħra li diġà ħadu sehem.

"Bħala għalliem/a ġdid/a tal-eTwinning, qabel il-workshop kelli ngħaddi aktar ħin nitgħallem dwar il-proċess. Ħassejtni mirbuħa bl-entużjażmu ta’ kull min hu involut u dwar kemm qed iseħħu affarijiet fl-Ewropa. L-Ingilterra hija magħrufa għan-nuqqas ta’ kuntatt ma’ skejjell Ewropej u din hija opportunità eċċellenti biex jissawru rabtiet u biex għalliema oħra fl-iskola tiegħi jidħlu f’xi websajts. Jien ser immexxi ħafna workshops għall-għalliema tiegħi u għandi idea eċċellenti għal proġett."
- Roskilde, id-Danimarka, Marzu 2009

"Naħseb li l-workshops kollha kienu interessanti (xi wħud interessanti ħafna) u utli. Jiena ’għadni ġdid għall-eTwinning u nitkellem frankament ma kontx ċert jekk stajtx nissieħeb fi proġett, biex ma ngħidx wieħed preprimarju. Matul dawk it-tlett ijiem tgħallimt ħafna, ksibt kunfidenza u issa jiena ċert li ser nipprepara proġett għas-sena skolastika li ġejja. Iltqajt ukoll ma’ ħafna nies affaxxinanti, nispera li nikkopera ma’ xi wħud minnhom. Grazzi ħafna." - Varsavja, il-Polonja, Mejju 2009

 

Attivitajiet li seħħew

1-3 t’Ottubru 2009 - Chania, il-Greċja - Ambaxxaturi tal-eTwinning

29-31 t’Ottubru 2009 - Liżbona, il-Portugall - Teknoloġija Mobbli, Lingwa u Xjenza

5-8 ta’ Novembru 2009 - Bonn, il-Ġermanja - Għalliema tal-lingwi (studenti fl-etajiet ta’ 10-19)

15-17 ta’ Mejju 2009 – Varsavja, il-Polonja għall-għalliema tal-kindergarten

24-26 t’April 2009 – Slovakkja għall-għalliema tal-primarja u tas-sekondarja

26-28 ta’ Marzu 2009 – Roskilde, id-Danimarka għall-għalliema tas-sekondarja (suġġett: il-bidla fil-klima)

5-7 ta’ Frar 2009 – L-Olanda għall-għalliema tal-primarja

6-8 ta’ Novembru 2008 – Gothenburg, l-Iżvezja għall-għalliema tal-postprimarja (suġġett: id-demokrazija)

16-18 ta’ Ottubru 2008 – Ischia, l-Italja għall-ambaxxaturi tal-eTwinning

3-5 ta’ Ottubru 2008 – Leuven, il-Belġju għal min iħarreġ lill-għalliema





 

 

Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 11.06.2009
  • Mibdul l-aħħar: 17.03.2010
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Professional Development

Selected itemWorkshops għall-Iżvilupp Professjonali
Bullet listAttivitajiet ta’ Tagħlim
Bullet listTaħriġ
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom