Aqsam ideat ma’ eTwinners kollegi fi Grupp tal-eTwinning
Gruppi tal-eTwinning huma pjattaformi privati biex l-eTwinners jiddiskutu u jaħdmu flimkien fuq suġġett jew tema speċifika. Immoderati minn eTwinner bl-esperjenza, kull Grupp ifassal attivitajiet u kompiti għall-għalliema biex huma jkunu jistgħu jgħallmu u jiddiskutu. Is-suġġetti jvarjaw mit-tagħlim tal-lingwi u tal-kitba kollaborattiva sax-xjenzi esperimentali. L-għan huwa biex l-eTwinners jaqsmu eżempji prattiċi, jiddiskutu metodoloġiji ta’ tagħlim u jsibu appoġġ għall-iżvilupp professjonali. |
Il-Gruppi tal-eTwinning huma speċifikament għall-għalliema u jistgħu jibqgħu miftuħin bħala pjattaformi ta’ diskussjoni fuq perjodu twil. Jekk inti interessat/a tingħaqad ma’ Grupp eżistenti, illoggja fid-Desktop tal-eTwinning tiegħek u mur fis-sessjoni “Gruppi”. Ikklikkja fuq il-grupp tal-għażla tiegħek. Inti mbagħad tiġi ppreżentat b’formola ta’ reġistrazzjoni biex timliha. Tista’ tingħaqad ma’ kemm-il Grupp tixtieq, iżda ftakar, li l-filosofija tal-Gruppi tal-eTwinning hija dik li taqsam u tikkontribwixxi. Kwalunkwe għalliema li huma interessati jikkordinaw Grupp jistgħu japplikaw biex imexxu grupp f’suġġett partikolari; huma jiġu mitluba jagħmlu abbozz ta’ dokument li jagħti fil-qosor l-attivitajiet previsti tal-Grupp. Biex isir dan kollu dawk li jixtiequ jkunu mexxejja tal-Gruppi jirċievu sett ta’ mistoqsijiet (għodda tal-ippjanar) li tgħinhom jiffokaw fuq għadd ta’ aspetti. Jekk inti interessat/a, tista’ tikteb ittra elettronika lil groups@etwinning.net. Il-proposta mbagħad tiġi eżaminata mit-Tim tal-eTwinning. Kelma ta’ twissija: Il-Gruppi tal-eTwinning mhumiex l-għodod għat-tiftix tal-imsieħba: l-għodda “sib eTwinners” hija maħsuba speċifikament għal dan il-għan. Ir-reġistrazzjoni għal Grupp mhuwiex proċess awtomatiku: jista’ jgħaddi xi żmien minn meta tirreġistra sa meta tirċievi l-invit biex tingħaqad mal-Grupp. Il-mexxejja tal-Grupp ukoll jistgħu jkunu jridu jillimitaw il-parteċipazzjoni għal raġunijiet differenti. Ħu paċenzja u terġax tibgħat ir-reġistrazzjoni tiegħek. Tixtieq tkun taf aktar dwar il-Gruppi tal-eTwinning ? Agħti daqqa t’għajn lejn dan l-artiklu! Hawn taħt issib il-lista kurrenti tal-Gruppi tal-eTwinning. ĠDID! eTwinning project trailers Il-Gruppi tal-eTwinning huma speċifikament għall-għalliema u jistgħu jibqgħu miftuħin bħala pjattaformi ta’ diskussjoni fuq perjodu twil. Jekk inti interessat/a tingħaqad ma’ Grupp eżistenti, illoggja fid-Desktop tal-eTwinning tiegħek u mur fis-sessjoni “Gruppi”. Ikklikkja fuq il-grupp tal-għażla tiegħek. Inti mbagħad tiġi ppreżentat b’formola ta’ reġistrazzjoni biex timliha. Tista’ tingħaqad ma’ kemm-il Grupp tixtieq, iżda ftakar, li l-filosofija tal-Gruppi tal-eTwinning hija dik li taqsam u tikkontribwixxi. Kwalunkwe għalliema li huma interessati jikkordinaw Grupp jistgħu japplikaw biex imexxu grupp f’suġġett partikolari; huma jiġu mitluba jagħmlu abbozz ta’ dokument li jagħti fil-qosor l-attivitajiet previsti tal-Grupp. Biex isir dan kollu dawk li jixtiequ jkunu mexxejja tal-Gruppi jirċievu sett ta’ mistoqsijiet (għodda għall-ippjanar) li tgħinhom jiffokaw fuq għadd ta’ aspetti. Jekk inti interessat/a, tista’ tikteb ittra elettronika lil groups@etwinning.net. Il-proposta mbagħad tiġi eżaminata mit-Tim tal-eTwinning. Kelma ta’ twissija: Il-Gruppi tal-eTwinning mhumiex l-għodod għat-tiftix tal-imsieħba: l-għodda “sib eTwinners” hija maħsuba speċifikament għal dan il-għan. Ir-reġistrazzjoni għal Grupp mhuwiex proċess awtomatiku: jista’ jgħaddi xi żmien minn meta tirreġistra sa meta tirċievi l-invit biex tingħaqad mal-Grupp. Il-mexxejja tal-Grupp ukoll jistgħu jkunu jridu jillimitaw il-parteċipazzjoni għal raġunijiet differenti. Ħu paċenzja u terġax tibgħat ir-reġistrazzjoni tiegħek. Hawn taħt issib il-lista kurrenti tal-Gruppi tal-eTwinning. ĠDID! eTwinning project trailers Moderatur: Daniela Arghir Oriġinarjament Kamra tal-Għalliema ta’ suċċess, dan il-Grupp jeżamina l-użu tal-vidjos għall-pubbliċità ta’ proġetti tal-eTwinning. ĠDID! eTwinning and Internet safety Moderatur: Lisbeth Knutsdatter Gregersen Stabbilit mis-Servizz t’Appoġġ Nazzjonali Norveġiż tal-eTwinning, dan il-Grupp kien is-suġġett importanti dwar l-użu tal-Internet b’mod pożittiv iżda sigur. Agħti ħarsa lejn intervista ma’ Lisbeth dwar dan is-suġġett. Integration of EU projects in the curriculum Moderatur: Fiorenza Congedo L-integrazzjoni tal-eTwinning u proġetti kollaborattiv Ewropej oħra fil-kurrikulu hija l-fattur prinċipali ta’ suċċess għall-parteċipazzjoni tal-istudenti. Biex tagħżel tema li taħbat ma’ attività prevista fil-kurrikulu, u li tista’ ttemm it-trattament mill-qiegħ nett ta’ suġġett partikolari, jgħinna nitrasformaw l-attivitajàt ta' tagħlim normali tagħna f’xi ħaġa speċjali. Collaborative writing (bit-Taljan) Moderatur: Antonia Casiero Dan il-grupp jibda biex jirrifletti dwar il-kitba kollaborattiva fi proġetti tal-eTwinning. Kif u b’liema strumenti l-eTwinners (għalliema u studenti) jistgħu jibnu għarfien miftuħ flimkien, permezz tal-kollaborazzjoni fi proġetti tal-eTwinning. Creative Classroom Moderatur: Irene Pateraki Proġetti tal-eTwinning huma mod ideali għall-promozzjoni tal-kreattività tal-istudenti. Ħafna għalliema diġà għamlu ħafna f’dan il-qasam. Il-Grupp “Creative Classroom” huwa maħluq biex jappoġġja lill-għalliema lejn din id-direzzjoni: l-implimentazzjoni tal-kreattività fit-tagħlim ta’ kuljum u fi proġetti tal-eTwinning b’mod effikaċja u professjonali. L-għalliema f’din il-komunità jitgħallmu aktar dwar il-ħsieb kreattiv, tekniki, attivitajiet, logħob, eċċ. CLIL and eTwinning projects Moderatur: Fiorenza Congedo Il-Grupp Content and Language Integrated Learning (CLIL) jibda biex ikun ambjent kollaborattiv li fiha l-għalliema ta’ suġġetti kurrikulari għajr lingwi barranin u l-għalliema ta’ lingwi barranin jistgħu jiltaqgħu u jaqsmu metodoloġiji, informazzjoni, materjal u esperjenzi fit-twettiq ta’ proġetti CLIL kif ukoll informazzjoni dwar riċerki u studji CLIL. Experimental sciences Moderatur: Eric Vayssie Experimental Sciences hija komunità tal-web 2.0 ibbażat fuq is-suġġetti ta’ għalliema li jaqsmu l-esperjenzi professjonali tagħhom dwar il-fiżika, il-kimika, il-bijoloġija jew it-teknoloġija. Groupe Francophone Moderatur: Maria Georgiadou L-għan ta’ din il-komunità Franċiża hija li tkun f’kuntatt u f’kollaborazzjoni ma’ għalliema tal-Franċiż jew nies li jitkellmu u jħobbu l-Franċiż. Humanities Moderatur: Adam Stepinski Kif tkun kritiku u titkellem dwar affarijiet ta’ importanza kbira". L-għanijiet ta’ dan il-grupp ivarjaw mill-ġbir ta’ ideat dwar kif kwistjonijiet differenti fil-qasam tal-Umanitajiet jistgħu jiġu sfruttati waqt ħidma fuq proġetti tal-eTwinning sal-iskambju tal-ideat dwar it-tfassil ta’ proġetti ta’ suċċess inklużi elementi mil-lingwi, il-letteratura, il-liġi, l-istorja, il-filosofija, ir-reliġjon, l-arti, it-teknoloġija, l-antropoloġija u l-istudji kulturali. Maths & Science Moderatur: Palmira Ronchi L-għan ta’ dan il-Grupp huwa li jesplora oqsma differenti fit-tagħlim tal-matematika u x-xjenza: kif dawn is-suġġetti jistgħu jintużaw fl-eTwinning, kif nistgħu nitgħallmu tekniki mingħand xulxin, kif tavviċina l-pedagoġija tal-matematika u x-xjenza fix-xogħol ta’ kuljum. School Head Teachers Moderatur: Cees Bradervelt “Ħafna rjus jagħmlu x-xogħol eħfef!” Ir-rwol ta’ kap ta’ skola fil-proċess tal-eTwinning għandu ħafna aspetti, li jifhem, li jippromwovi, li jappoġġja, u li jmexxi. F’din il-komunità aħna niddiskutu l-implikazzjonijiet u l-effetti tal-promozzjoni tal-eTwinning fl-iskejjel u noffru direzzjoni u żvilupp professjonali li jkunu relevanti għal dawn ir-rwoli varji fir-rigward tal-eTwinning. School Librarians Moderaturi: Elisabete Fiel u Patricia Sambou Dan il-grupp huwa għal-librara kollha tal-iskejjel li jgħinu u jappoġġjaw lill-kollegi tagħhom fit-tmexxija ta’ proġetti tal-eTwinning. L-għan huwa li niġbru l-għarfien u r-riżorsi tagħna flimkien biex insaħħu s-servizz li noffru lill-iskejjel tagħna. The Community of European Language Teachers Moderatur: Marilina Lo Nigro Il-Grupp tal-Għalliema tal-Lingwi għandu l-għan li jiġbor lill-għalliema ta’ kull lingwa mitgħallma bħala t-tieni lingwa meta mqabbla mal-lingwa materna. L-attenzjoni ġenerali tal-grupp hija fuq l-aħjar prattiki fit-tagħlim ta’ lingwi barranin identifikati permezz tal-qsim ta’ esperjenzi ta’ suċċess tal-membri, immirati lejn għajnuna lill-għalliema membri fl-iżvilupp professjonali tagħhom u biex itejbu l-ħiliet professjonali tagħhom.” Sottogruppi huma disponibbli bil-Franċiż, bl-Ispanjol u bil-Ġermaniż kif ukoll f’żewġ sottogruppi tematiċi dwar l-ICT u t-tagħlim tal-lingwi u l-metodoloġiji fit-tagħlim tal-lingwi. Using Media “The community for not being used by Media” Moderatur: Laurence Altibelli L-għan ta’ dan il-grupp huwa li jiffaċilita l-użu tal-midja fi proġetti tal-eTwinning, bil-għan li tinħoloq komunità ta’ tagħlim li toffri linji gwida u eżempji ta’ prattika tajba għall-użu tal-midja fl-edukazzjoni. Visibility of eTwinning projects Moderatur: Daniela Arghir Dan il-grupp jiffoka fuq l-importanza u l-modi dwar kif tagħmel ix-xogħol ta’ proġetti tal-eTwinning viżibbli fuq skala akbar, b’mod sigur, responsabbli u effikaċja.
 |
- Editur tal-Web: Christina Crawley
- Ippubblikat: 21.05.2010
- Mibdul l-aħħar: 29.03.2012
|
 |
|
Disponibbli wkoll bil-...
|