Informazzjoni ġenerali dwar l-eTwinning
Il-kommunitá għall-iskejjel fl-Ewropa
www.etwinning.net
L-azzjoni tal-eTwinning tippromwovi l-kollaborazzjoni bejn skejjel fl-Ewropa permezz tal-użu tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni (ICT) billi tipprovdi sapport, għodod u servizzi li jagħmluha faċli biex l-iskejjel jiffurmaw sħubijiet bejniethom għal żmien twil jew qasir fi kwalinkwe suġġett.
Il-Portal tal-eTwinning (www.etwinning.net) huwa l-post ewlieni fejn il-parteċipanti jiltaqgħu u jaħdmu f’din l-azzjoni. Il-Portal huwa disponibbli fi tlieta u għoxrin lingwa u s’issa provda servizz lil 50,000 membru individwali u 4000 proġett* bejn tnejn jew aktar skejjel minn madwar l-Ewropa. Il-Portal jipprovdi għodod online biex l-għalliema jsibu partners, iwaqqfu proġetti, jaqsmu l-ideat, jiskambjaw prattiċi tajbin u jibdew jaħdmu flimikien mill-ewwel permezz ta’ diversi għodod imfassla apposta disponibbli fuq il-pjattaforma tal-eTwinning.
L-eTwinning kien imniedi fl-2005 bħala l-azzjoni ewlenija tal-Programm tal-eLearning tal-Kummissjoni Ewropea u fl-2007 ġie integrat b’mod sħiħ fil-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Is-Servizz Ċentrali t’Appoġġ tiegħu huwa mħaddem mill-European Schoolnet, sħubija internazzjonali ta’ 26 Ministeru tal-Edukazzjoni Ewropej għall-iżvilupp tat-tagħlim għall-iskejjel, l-għalliema u l-istudenti fl-Ewropa. L-eTwinning huwa sostnut ukoll fuq il-livell nazzjonali minn 30 Servizz Nazzjonali t’Appoġġ.
* figuri bbażati fuq statistika t’Ottubru 2008
 |
- Editur tal-Web: YANDIK Ali
- Ippubblikat: 21.11.2008
- Mibdul l-aħħar: 26.07.2010
|
 |
|