Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

13/10/2008
eTwinning: l-iSkejjel Ewropej iħaddnu n-netwerkjar soċjali

L-iSkejjel fl-Ewropa issa jistgħu jagħmlu użu mill-għodod web 2.0 biex jaħdmu flimkien minn fuq il-Portal il-ġdid ta’ l-eTwinning (www.etwinning.net). Il-verżjoni l-ġdida tal-portal ta’ l-eTwinning tibni fuq is-suċċess li kellu l-eTwinning minn meta ġie mniedi fl-2005 u jaqdi aħtar minn 45,000 skola minn madwar l-UE. L-eTwinning iħeġġeġ u jgħin lill-iskejjel fit-tħaddim ta’ proġetti ta’ tagħlim li jinvolvu tnejn jew aktar skejjel Ewropej.

 

 

Għal dawn l-aħħar erba’ snin l-eTwinning iffoka l-isforzi biex iħeġġeġ lill-għalliema jirreġistraw fuq il-portal, jiffurmaw sħubijiet u jirreġistraw u jwettqu proġetti ta’ l-eTwinning bejniethom. Il-programm laħaq u qabeż dawn il-miri oripinali li kellu u issa jinvolvi kważi 50,000 għalliem minn 29 pajjiż. In-numru t’għalliema reġistrati jiżdied kuljum. F’xi każi jkun hemm għalliema li jkunu qed iwettqu aktar minn proġett wieħed fl-istess waqt. Aktar minn 200,000 persuna jżuru l-portal ta’ kull xahar. Wara dan is-suċċess, l-eTwinning sar azzjoni tal-Comenius li hija stabbilita sewwa fi ħdan il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja ta’ l-Unjoni Ewropea.

 

Filwaqt li l-eTwinning dejjem kien qed jikber matul is-snin, kien qed jidher li l-għalliema kienu interessati li jipparteċipaw u jaħdmu flimkien anki jekk mhux fi sħubijiet reġistrati. Eżempju ta’ dan huwa l-fatt li terz biss tal-membri reġistrati irreġistraw proġett u li 85% tal-membri jżuru s-sit u jużawh għax-xogħol tagħhom regolarment. Dawn ipoġġu aktar minn 5,000 messaġġ kull xahar fuq il-forum u jiskambjaw ideat u kummenti ma’ membri oħrajn. B’dan il-mod il-membri fl-eTwinning stess għenubiex il-portal jevolvi f’netwerk soċjali.

 

Permezz tal-pjattaforma ġdida online, issa l-eTwinning inbidel minn inizjattiva ibbażata fuq proġetti għal waħda ibbażata fuq il-kollaborazzjoni fejn minbarra li jaħdmu fuq proġetti flimkien, l-iskejjel jaqsmu t-tagħrif, jipparteċipaw fid-diskussjoni u jagħtu appoġġ lil xulxin. Permezz ta’ diversi attivitajiet ibbażati fuq il-kollaborazzjoni u l-għodod li offri, l-eTwinning issa huwa tassew pjattaforma għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni.

 

Biex jikkumplimenta t-tnedija tal-Portal ta’ l-eTwinning, il-kampanja tal-ħarifa msejħa l-‘Ġimgħat ta’ l-eTwinning’ ser tkun qed issir matul ix-xahar t’Ottubru biex l-iskejjel ikunu mħeġġa jieħdu sehem u jwettqu proġetti ta’ l-eTwinning matul din is-sena skolastika permezz ta’ dawn l-għodod ġodda ta’ l-internet.

 

Il-Portal il-ġdid ta’ l-eTwinning jinsab: www.etwinning.net

 

Sfond

 

L-eTwinning kien imniedi fl-2005 u hija azzjoni stabbilita fi ħdan il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (http://ec.europa.eu/education/lifelong-learning-programme). Is-Servizz Ċentrali t’Appoġġ tiegħu huwa mħaddem mill-European Schoolnet.

 

European Schoolnet (www.eun.org) hija sħubija internazzjonali ta’ 31 Ministeru ta’ l-Edukazzjoni Ewropej li qed tiżviluppa opportunitajiet għat-tagħlim għall-iskejjel, għalliema u studenti madwar l-Ewropa.

 

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Christina Crawley, European Schoolnet

Tel: +32 2 790 8602

christina.crawley@eun.org

Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 28.10.2008
  • Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Press Corner

Bullet list05/02/2010 Stqarrija għall-istampa
Bullet list13/02/2009 Stqarrija għall-istampa
Selected item13/10/2008 Stqarrija għall-istampa
Bullet list18/06/2008 Stqarrija għall-istampa
Bullet list14/03/2008 Stqarrija għall-istampa
Bullet listInformazzjoni ġenerali dwar l-eTwinning
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom