Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Skejjel fl-Ewropa jiksbu l-kreattività u l-innovazzjoni permezz ta' proġetti onlajn bl-eTwinning

eTwinning huwa inizjattiva tal-UE biex tinkoraġġixxi lill-iskejjel biex joħolqu netwerk ma' xulxin permezz tal-internet. B'madwar 50 000 utent irreġistrat madwar l-Ewropa, għadd dejjem jikber ta' għalliema fl-Ewropa taw prova li qed ifittxu modi ġodda biex jiżviluppaw u jinnovaw it-tagħlim. Fil-konferenza annwali tal-eTwinning ta' din is-sena fi Praga bejn it-13 u l-15 ta' Frar, il-Kummissjoni Ewropea se tagħti premijiet lill-għaxar proġetti tal-eTwinning li spikkaw.

 

Bħala azzjoni prinċipali fi ħdan il-Programm tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tagħlim tul il-Ħajja, l-eTwinning joffri lill-iskejjel fl-Ewropa mezz biex jikkomunikaw, jaqsmu l-ideat u jmexxu proġetti kollaborattivi onlajn. Permezz ta' pjattaforma onlajn li tuża l-għodda tal-web 2.0 biex tkun faċilitata l-komunikazzjoni, l-eTwinning sar komunità bbażata fuq kollaborazzjoni vera fejn l-għalliema juru modi kreattivi biex isaħħu x-xogħol tagħhom fil-klassi.  Mindu din l-iskema tnediet f'Jannar 2005, għalliema minn 48 286 skola rreġistraw fl-eTwinning, u wettqu 11 994 proġett li involvew mill-inqas żewġ skejjel minn żewġ pajjiżi differenti.


Il-konferenza annwali ta' din is-sena se ssir fi Praga bejn it-13 u l-15 ta' Frar 2009. L-attività se tilqa' aktar minn 400 parteċipant, li jikkonsistu f'għalliema minn madwar l-Ewropa, rappreżentanti mis-servizzi ta' appoġġ ċentrali u nazzjonali tal-eTwinning, u partijiet importanti oħra interessati fl-edukazzjoni fl-iskejjel. Il-konferenza se tiffoka fuq “Il-Kreattività u l-eTwinning” u l-kelliema jinkludu lil Ján Figel', il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, Taħriġ, Kultura u Żgħażagħ; kif ukoll lil Dr Edward de Bono, espert fil-ħsieb laterali, u Ambaxxatur għas-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni 2009.


Lejlet il-konferenza, il-Kummissarju Figel’ spjega s-sinifikat tal-eTwinning fl-2009: "L-2009 hija s-Sena tal-Innovazzjoni u l-Kreattività, u għalhekk jixraq b'mod speċjali li niċċelebraw is-suċċess dejjem jiżdied tal-iskema eTwinning bħala eżempju tal-kreattività fl-edukazzjoni. Jeħtieġ li ninkoraġġixxu metodi innovattivi fl-edukazzjoni biex titjieb il-kwalità u l-effettività tas-sistemi tal-iskejjel fl-Ewropa u jkun hemm għajnuna biex iż-żgħażagħ jitħejjew għas-soċjetà u l-ekonomija tal-ġejjieni.


Il-qofol tal-konferenza se tkun iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni, li matulha se jitqassmu l-premijiet lill-aħjar għaxar proġetti tal-eTwinning mis-sena skolastika 2007-2008. Hemm ħames kategoriji, tlieta skont l-età (4-11, 12-15, 16-19), waħda skont is-suġġett (matematika u xjenza), u kategorija speċjali li hija sponsorjata mill-Presidenza Franċiża, dwar l-użu tal-lingwa Franċiża.


Aktar minn 500 proġett kienu eżaminati, fuq il-bażi tan-natura innovattiva tagħhom, l-integrazzjoni fil-kurrikulu, il-kollaborazzjoni, l-użu kreattiv tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni u t-trasferibbiltà tagħhom.  L-ogħla għaxar finalisti minn 40 skola minn 21 pajjiż (il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Greċja, l-Unverija, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit).


L-ewwel erba' rebbieħa ta' kull kategorij se jirċievu vjaġġ għall-Kamp tal-eTwinning fil-Greċja f'April filwaqt li r-rebbieħa tal-kategorija tal-Franċiż se jirċievu għotja ta' studju fil-Franċiż fi Franza għal matul is-sajf li ġej.


Aktar informazzjoni:
http://www.etwinning.net/mt/pub/awards/european_prizes.htm

Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 09.02.2009
  • Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Press Corner

Bullet list05/02/2010 Stqarrija għall-istampa
Selected item13/02/2009 Stqarrija għall-istampa
Bullet list13/10/2008 Stqarrija għall-istampa
Bullet list18/06/2008 Stqarrija għall-istampa
Bullet list14/03/2008 Stqarrija għall-istampa
Bullet listInformazzjoni ġenerali dwar l-eTwinning
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom