Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Utilizza d-Djarju tal-Proġett tiegħek mill-aħjar li tista’

picture

Aqsam is-suċċess tal-proġett tal-eTwinning tiegħek mal-oħrajn permezz tad-Djarju tal-Proġett, li qabel kien magħruf bħala t-TwinBlog.

Il-proġetti kollha rreġistrati tal-eTwinning huma mgħammra bi TwinSpace u Djarju tal-Proġett. Filwaqt li t-TwinSpace huwa l-ispazju tax-xogħol kollaborattiv għall-għalliema u l-istudenti biex jaħdmu flimkien, id-Djarju tal-Proġett huwa qasam speċjali għall-imsieħba tal-proġett (għalliema biss) biex jirrapportaw dwar il-progress tal-proġett tagħhom – qabel, waqt u wara l-proġett.

Id-Djarji tal-Proġetti jistgħu jintwerew u jintużaw b’modi differenti. Jistgħu jkunu:

  • Moħbija: Il-kummenti fid-djarju jibqgħu privati għalik biss, biex tiddokumenta u tikteb dwar il-proġett tiegħek.
  • Pubbliċi: Il-kummenti fid-djarju huma pubbliċi biex taqsam ix-xogħol tal-proġetti tiegħek ma’ kull min tixtieq.  Viżitaturi jistgħu jikkumentaw dwar dak li qed tagħmel u jiksbu ispirazzjoni mix-xogħol tiegħek.
  • Ristretti: Il-kummenti fid-djarju huma viżibbli biss għall-komunità tal-eTwinning. Dan ifisser li inti, l-imsieħba tiegħek u l-eTwinners kollha jistgħu jarawhom u jikkummentaw.

Privati: Il-kummenti fid-djarju jibqgħu privat għalik u s-Servizz t’Appoġġ Nazzjonali tiegħek li mbagħad jistgħu jikkummentaw u jappoġġawk jekk ikollok xi mistoqsijiet.

Din l-għodda hija mod eċċellenti biex l-għalliema jaqsmu xogħolhom, jiksbu ispirazzjoni mill-oħrajn, jiskambjaw ideat u jkunu f’kuntatt dirett mas-Servizzi t’Appoġġ Nazzjonali.

Id-Djarju tal-Proġett huwa aċċessibbli mid-Desktop tal-eTwinning taħt “Il-Proġett tiegħi”.

Xi eżempji ta’ Djarji tal-Proġetti:

Qabel, id-Djarju tal-Proġett kien jissejjaħ it-TwinBlog, li ssostitwixxa l-Karta tal-Progress fl-2008 meta tnedew il-Portal tal-eTwinning u d-Desktop.

Box Top
  • Editur tal-Web: Kazimír Dušan
  • Ippubblikat: 08.12.2009
  • Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Aħbarijiet

Bullet listErsaq eqreb ġar tiegħi!
Bullet listL-istudenti fl-eTwinning, Studji ta’ Każijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-istudenti
Bullet listeTwinning f’BETT 2012 f’Londra
Bullet listIddumx: ingħaqad mal-Kampanja Lura l-Iskola!
Bullet listL-isfidi li taħdem f’kuntest multilingwali
Bullet listGħidilna x'inhuma l-ostakli l-aktar diffiċli li tiltaqa' magħhom meta tipprova tibda proġett
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom