Nitkellmu dwar il-kreattività fit-tagħlim
Ir-riżultati ta’ kwestjonarju dwar il-kreattività fit-tagħlim kienu ppreżentati fl-għeluq tal-konferenza tas-Sena Ewropea dwar il-Kreattività u l-Innovazzjoni mis-16-17 ta’ Diċembru fi Stokkolma. |
Aktar kmieni din ir-rebbiegħa, kwestjonarju – żviluppat mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea, f’kollaborazzjoni mal-Istitut tal-Istudji Teknoloġiċi Prospettivi u l-European Schoolnet – intbagħat lill-għalliema madwar l-Ewropa dwar is-suġġett tal-kreattività u l-innovazzjoni fit-tagħlim. F’xahar wieħed biss, aktar minn 12 000 għalliem minn madwar l-Ewropa kollha wieġbu l-kwestjonarju. Ir-riżultati ġew analizzati u kienu ppreżentati waqt l-għeluq tal-konferenza tas-sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni f’Diċembru 2009. Ir-rebbieħa tal-lotterija! Bħala parti mill-kwestjonarju, l-għalliema kellhom iċ-ċans jissottomettu isimhom fil-lotterija biex jirbħu vjaġġ għall-konferenza finali fi Stokkolma. Għandna l-pjaċir inħabbru r-rebbieħa:
- María Arantzazu Pérez de Mezquía Zatarain (Spanja)
- Milka Leskovska (Repubblika Ċeka)
- M.Eulàlia Moral i Ajado (Spanja)
- Helena Hulsbosch (Belġju)
- Evangelos Pavlidis (Greċja)
- Hale Atmaca (Turkija)
- Murat Gürel (Turkija)
- Milena Gospodinova Milkova (Bulgarija)
- Jose Benito Bua Ares (Spanja)
- Arvanitidis Georgios (Greċja)
Dwar il-konferenza Oħloq. Innova. Ikber – Konferenza tal-Għeluq tas-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni Il-Konferenza tal-Għeluq tas-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni, li saret fi Stokkolma taħt l-awspiċji tal-presidenza Żvediża tal-Unjoni Ewropea, emfasizzat l-eżempji tajbin ta’ dak li ġara fl-UE matul is-Sena tal-Kreattività u l-Innovazzjoni. Il-konferenza offriet ukoll post fejn iltaqgħu persuni li ser ifassal il-politika wara l-2009. Kellha l-għan li tinkoraġġixxi xogħol kontinwu u msaħħaħ f’setturi differenti lil hinn mill-fruntieri ta’ setturi tradizzjonali f’livelli differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Aktar informazzjoni Riżultati ta 'kwestjonarju (pdf, 1 MB)
 |
- Editur tal-Web: Christina Crawley
- Ippubblikat: 10.12.2009
- Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
|
 |
|
Disponibbli wkoll bil-...
|