Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Riżultati tal-Konferenza tal-eTwinning 2010

picture

Wara s-suċċess tal-konferenza annwali f’Sevilla mill-5 sas-7 ta’ Frar, ir-riżultati u l-preżentazzjonijiet tal-attività issa huma disponibbli.

Biex jiġi ċċelebrat il-ħames anniversarju tal-eTwinning, il-konferenza annwali f’Sevilla kienet waħda tassew speċjali.  Numru rekord ta’ parteċipanti u pajjiżi ħadu sehem billi kważi 500 delegat minn 32 pajjiż attendew. Il-parti l-kbira tal-parteċipanti kienu għalliema tal-eTwinning iżda rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea, mis-Servizz t’Appoġġ Ċentrali tal-eTwinning (CSS) u s-Servizzi t’Appoġġ Nazzjonali kollha wkoll kienu preżenti

Fl-ewwel ġurnata, il-parteċipanti tal-konferenza ngħataw merħba minn numru ta’ rappreżentanti fil-livell Ewropew u nazzjonali, inklużi Odile Quintin, Direttur Ġenerali, Direttorat tal-Edukazzjoni u l-Kultura fil-Kummissjoni Ewropea; u Ángel Gabilondo Pujol,Il-Ministru tal-Edukazzjoni fi Spanja. Il-kelliem ewlieni kien, Stephen Heppell, espert fil-qasam tal-edukazzjoni u l-midja, li ddiskuta r-realtà li qed tinbidel b’rata mgħaġġla tas-seklu wieħed u għoxrin u kif jeħtieġ li nbiddlu l-mod kif ngħallmu fl-ambjent ta’ tagħlim ta’ madwarna li qed jinbidel b’rata mgħaġġla.

Il-qofol tal-ewwel ġurnata kienet iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet lir-rebbieħa u min ġie t-tieni u t-tielet fil-kompetizzjoni tal-Premjijiet tal-eTwinning 2010. Minn aktart minn 350 proġett tal-Label ta’ Kwalità Ewropea, l-aħjar proġetti spikkaw f’termini ta’ kwalità u riżultati.

Fit-tieni ġurnata, il-parteċipanti nqassmu fi gruppi iżgħar f’workshops li varjaw minn kif jintużaw ċerta tip ta’ għodod u softwer sal-iżvilupp ta’ proġetti, il-kreattività u xejriet. Il-parteċipanti raw ukoll logħob online, ipproduċew vidjows, tgħallmu kif jagħmlu podcast, esploraw opportunitajiet offruti lill-eTwinning minn aspetti oħra tal-programm Comenius, eżaminaw sfidi interkulturali u rriflettew dwar il-futur tat-tagħlim, biex insemmu xi wħud mill-workshops disponibbli. Il-konferenza ta’ din is-sena offriet numru rekord ta’ aktar minn ħamsa u erbgħin workshop biex tipprovdi lill-parteċipanti abbundanza ta’ suġġetti minn fejn jagħżlu. Din il-ġurnata intensiva ta’ tagħlim u qsim spiċċat b’ikla gala fiċ-ċentru ta’ Sevilla.

Fit-tielet ġurnata, il-konferenza ffokat fuq diskussjoni ta’ penil bejn esperti u l-udjenza dwar is-suġġett tal-futur tat-tagħlim. Din l-aħħar sessjoni, mmexxija mill-Istitut tal-Istudji Teknoloġiċi Prospettivi (IPTS), kienet suċċess kbir billi l-parteċipanti setgħu jaqsmu u jiddiskutu fid-dettall l-isfidi li jiffaċċjaw kull jum fil-klassi u fil-komunità edukattiva.

Barra s-sessjonijiet prinċipali matul it-tlett ijiem, il-parteċipanti setgħu wkoll jaraw il-vidjows li pproduċew l-NSS, is-CSS kif ukoll ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni kollaborattiva tal-vidjows tal-eTwinning.   Il-parteċipanti li ma setgħux jattendu personalment setgħu jsegwu l-konferenza billi din ġiet strimjata online.

Għar-riżultati kollha tal-konferenza – inklużi ritratti, vidjows, feeds tat-Twitter, links għas-sessjonijiet irrekordjati u kummentarji mill-parteċipanti – araw il-websajt tal-konferenza.

Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 04.03.2010
  • Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Aħbarijiet

Bullet listErsaq eqreb ġar tiegħi!
Bullet listL-istudenti fl-eTwinning, Studji ta’ Każijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-istudenti
Bullet listeTwinning f’BETT 2012 f’Londra
Bullet listIddumx: ingħaqad mal-Kampanja Lura l-Iskola!
Bullet listL-isfidi li taħdem f’kuntest multilingwali
Bullet listGħidilna x'inhuma l-ostakli l-aktar diffiċli li tiltaqa' magħhom meta tipprova tibda proġett
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom