Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

TwinSpace Ġdid

picture

Verżjoni ġdida tat-TwinSpace ġiet introdotta għal proġetti tal-eTwinning.

 

It-TwinSpace tal-eTwinning huwa post online fejn membri tal-proġett tal-eTwinning (għalliema u studenti) jiltaqgħu, jikkollaboraw, u jaqsmu x-xogħol tagħhom. Kull proġett tal-eTwinning għandu t-TwinSpace privat tiegħu, u jekk jagħżlu hekk, jistgħu wkoll jippubblikaw it-TwinSpace tagħhom biex ikun’ jista’ jarah kulħadd.

Skont il-feedback u l-użu tat-TwinSpace matul dawn l-aħħar snin, speċjalment fir-rigward tal-Portal il-ġdid tal-eTwinning li ġie introdott f’Settembru 2008, għandna pjaċir inħabbru li verżjoni ġdida tat-TwinSpace ġiet introdotta.



X’joffri t-TwinSpace il-ġdid?

It-TwinSpace il-ġdid għandu l-għan li jissimplifika x-xogħol tal-proġett u jippermetti l-għalliema u l-istudenti jkollhom relazzjoni aktar intuwittiva, fejn il-proċess li jsiru jafu aktar lil xulxin ikun aktar attraenti u l-attivitajiet tal-proġetti jitħaffu.

Jekk jogħġbok innota li s-sigurtà u l-privatezza xorta jibqgħu prijorità għolja fl-eTwinning u għalhekk kull informazzjoni personali dejjem ser tibqa’ ristretta, anke fil-limit tat-TwinSpaces.

 

Karatteristiċi ġodda jinkludu: Kamra għall-Istaff, Rokna għall-Istudenti, blogs, wikis u ħafna aktar!



Xi jfisser dan għal proġetti li diġà għaddejjin?

Biex jiġi evitat tfixkil fil-mod kif il-proġett kurrenti qed jaħdem – u nagħrfu l-fatt li l-parti l-kbira tal-proġetti tal-eTwinning isiru matul sena skolastika waħda biss – proġetti li jkunu fis-seħħ iżommu l-pjattaforma kurrenti tat-TwinSpace filwaqt li proġetti ġodda jużaw il-pjattaforma tatTwinSpace il-ġdida:

  • TwinSpace Ġdid = Proġetti approvati wara l-1 ta’ Settembru 2009
  • TwinSpace Qadim = Proġetti approvati qabel l-1 ta’ Settembru 2009


Jekk tixtieq tittrasferixxi l-proġetti tiegħek li diġà qed jaħdmu, għat-TwinSpace tal-eTwinning, jekk jogħġbok agħlaq il-proġett u rreġistra wieħed ġdid. Billi din hija sena skolastika l-ġdida, din hija wkoll opportunità eċċellenti biex tirriorganizza l-mod kif qed taħdem biex tadotta l-pjattaforma l-ġdida.

Nisperaw li tieħdu gost bit-TwinSpace il-ġdid!

Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 09.06.2009
  • Mibdul l-aħħar: 05.10.2009
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Aħbarijiet

Bullet listAnimazzjoni tal-eTwinning
Bullet listRiżultati tal-Konferenza tal-eTwinning 2010
Bullet listKompetizzjoni tal-vidjows tal-eTwinning – ir-rebbieħa
Bullet listKonferenza tal-eTwinning 2010
Bullet listUtilizza d-Djarju tal-Proġett tiegħek mill-aħjar li tista’
Bullet listNitkellmu dwar il-kreattività fit-tagħlim
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom