Homepage>>Aġġorna ruħek>>Aħbarijiet>> Timijiet tal-Iskola tal-eTwinning
Timijiet tal-Iskola tal-eTwinning: qassmu x-xogħol u mmultiplikaw is-suċċess

Alt Image
F’Mejju, għamilna stħarriġ fuq id-desktop dwar it-“Timijiet tal-Iskola”. Xtaqna nkunu nafu x’inhuma l-impressjonijiet tagħkom dwar dik it-tema. Ir-riżultati kienu interessanti ħafna!

 Qabel ma nkomplu, x’inhuma Timijiet tal-Iskola?

 
Kwalunkwe grupp ta’ persuni fi skola li qed jaħdem fuq l-eTwinning, pereżempju:
Tnejn jew aktar għalliema tal-eTwinning fl-istess skola jaħdmu fuq l-istess proġett.
Grupp ta’ għalliema involuti fi proġetti separati tal-eTwinning li jaħdmu u jiskambjaw ideat.
Grupp ta’ kollegi fl-istess skola rreġistrati fl-eTwinning, kollha involuti f’attività jew aktar tal-eTwinning (proġetti, Attivitajiet ta’ Tagħlim, Gruppi, Kmamar tal-Għalliema eċċ.) u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.
 
Wieġbu 1281 eTwinners li diġà huwa sinjal tajjeb rigward l-interess dwar it-Timijiet tal-Iskola. Ir-riżultati jikkonfermaw ir-rieda tagħhom biex jaħdmu f’tim, billi għad sinifikanti ta’ dawk li wieġbu (808) qalu li diġà jaħdmu f’Tim tal-Iskola.
 

Grap 1 

Graff 1: Taħdem ma’ kollegi oħra fl-iskola tiegħek fuq attivitajiet tal-eTwinning?
 
Fost dawk li wieġbu hemm konsensus kbir biex jifirxu l-idea ta’ Timijiet tal-Iskola. Fil-fatt 77% (1072 minn 1281) minn dawk li wieġbu jippromwovu t-Timijiet tal-Iskola.
 
 

Grap 1

Graff 2: Tippromwovih inti stess il-kunċett ta’ "timijiet tal-eTwinning "?
 
Iżda r-riżultati ta’ dan l-istħarriġ ta’ malajr juri diffikultà wkoll. Skont dawk li wieġbu, it-twaqqif ta’ tim mhuwiex faċli. Aktar minn nofshom sabuha diffiċli biex jimplementaw tim fl-istess skola.
 
 

Grap 1

Graff 3: Huwa diffiċli twaqqaf tim tal-eTwinning fl-iskola tiegħek?

 

Rigward l-1281 respondent, nistgħu ngħidu li hemm interess qawwi biex jaħdmu f’tim, u hemm rieda biex ixerrdu l-idea iżda biex din issir realtà mhijiex daqshekk faċli. 
L-eTwinning jista’ jkun għodda tajba ħafna biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ Timijiet tal-Iskola, hija t-tema tagħna għall-2012 għalhekk se nippromwovuha kemm nistgħu, ibqgħu f’kuntatt!Artikli, kitts u pubblikazzjonijiet ġodda dwar il-kunċett tat-Timijiet tal-Iskola se jkunu għandkom dalwaqt.