Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Sejħa lil min jagħmel il-films: Agħmlu vidjow kollaborattiv!

picture

Agħmel vidjow mal-istudenti u l-imsieħba tiegħek u daħħlu fil-kompetizzjoni tal-vidjows tal-eTwinning! L-aħjar ħames vidjows ser jidhru fuq l-iskrin il-kbir fil-konferenza tal-eTwinning fl-2010 u jirċievu vidjow kameras ta’ kwalità għolja.

Għandna l-pjaċir inħabbru li l-iskadenza tal-kompetizzjoni tal-vidjows tal-eTwinning li tnediet fil-Ġimgħat tal-eTwinning, ġiet estiża sal-15 ta’ Jannar.

 

Qed tagħmel Proġett tal-eTwinning? Akkanit biex turi kif inti u l-istudenti tiegħek tikkollaboraw mal-imsieħba tagħkom f’pajjiż ieħor? L-eTwinning jistiednek tagħmel vidjow klipp (tliet minuti jkunu biżżejjed) li juri lill-istudenti tiegħek u l-imsieħba tagħkom. L-aħjar ħames kontribuzzjonijiet ser jidhru fuq skrin kbir matul il-Konferenza tal-eTwinning li jmiss, u jingħataw kameras diġitali.

 

L-aħjar ħames vidjows ikollhom l-opportunità li jintwerew lil aktar minn 500 persuna fl-attività tal-eTwinning li ser issir f’Sevilja, fi Spanja, fil-5 ta’ Frar 2010. Barra minn hekk, kull imsieħeb mill-aħjar ħamsa ser jirċievi vidjow kamera diġitali ta’ kwalità għolja tax-xogħol li jkunu ħadu. Dan il-premju huwa sponsorjat mis-Servizz Nazzjonali t’Appoġġ tal-eTwinning tal-komunità Belġjana li titkellem bl-Olandiż

 

Kif nissottometti?

Huwa faċli! Tellgħu l-vidjow tagħkom, bħala fajl jew link fis-sezzjoni l-ġdida tar-Riżorsi tal-eTwinning fuq id-Desktop tagħkom. Immarkaw il-vidjow bħala 'eTwinning_video_comp_2009'.

Żidu l-Jingle tal-eTwinning mal-vidjow tagħkom! Biex tippersonalizzaw il-vidjow bħala vidjow tal-eTwinning, żguraw li ddaħħlu l-Jingle tal-eTwinning fil-bidu tal-klipp tagħkom. Il-Jingle tinsab fil-sezzjoni tar-Riżorsi ġodda fid-Desktop tal-eTwinning billi tfittxu ‘eTwinning_video_jingle'.

 

 

Aqbdu l-kameras u ibdew iffilmjaw!
 

Box Top
  • Editur tal-Web: Riviere Eugenio
  • Ippubblikat: 24.11.2009
  • Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Aħbarijiet

Bullet listErsaq eqreb ġar tiegħi!
Bullet listL-istudenti fl-eTwinning, Studji ta’ Każijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-istudenti
Bullet listeTwinning f’BETT 2012 f’Londra
Bullet listIddumx: ingħaqad mal-Kampanja Lura l-Iskola!
Bullet listL-isfidi li taħdem f’kuntest multilingwali
Bullet listGħidilna x'inhuma l-ostakli l-aktar diffiċli li tiltaqa' magħhom meta tipprova tibda proġett
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom