Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Applika llum għall-Label Nazzjonali ta’ Kwalità

picture

Dan huwa l-ewwel pass lejn il-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni tal-Premjijiet Ewropej tal-eTwinning 2011!

 

Jeħtieġ ikollok Label Ewropea ta’ Kwalità biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-Premjijiet Ewropej tal-eTwinning 2011.

Kif nikseb Label Ewropea ta’ Kwalità? 

L-ewwel pass hu li jkollok Label Nazzjonali ta’ Kwalità. Huwa faċli biex tapplika, illoggja fid-Desktop tal-eTwinning tiegħek u imla l-formola online.


X’inhi l-Label Nazzjonali ta’ Kwalità?

Il-Label Nazzjonali ta’ Kwalità huwa għarfien konkret tal-għalliema u l-iskejjel tal-livell għoli tal-attivitajiet tal-eTwinning tagħhom fix-xogħol tal-proġetti tagħhom. Għall-istudenti u l-għalliema, dan jagħti spinta lill-isforzi tagħhom, u għall-iskola inġenerali, hija dikjarazzjoni pubblika tal-impenn tagħhom lejn il-kwalità u attitudni miftuħa f’xogħol kollaborattiv Ewropew.

Jekk jogħġbok innota: Labels Nazzjonali ta’ Kwalità jingħataw u> biss lil imsieħba individwali ta’ proġett permezz tas-Servizzi Nazzjonali t'Appoġġ rispettivi tagħhom. Jekk inti qed tapplika għal label, ħeġġeġ lill-imsieħba tiegħek jagħmlu l-istess fil-pajjiżi tagħhom, għax hekk inti tkun eliġibbli tirċievi Label Ewropea ta’ Kwalità.



Il-Label Nazzjonali ta’ Kwalità kif inhi marbuta mal-Label Ewropea ta’ kwalità u l-Kompetizzjoni tal-Premjijiet Ewropej?

Jekk tixtieq tapplika għall-Kompetizzjoni tal-Premjijiet Ewropej tal-eTwinning 2011, kun żgur li tapplika għal Label Nazzjonali ta’ Kwalità, għaliex ma tistax takkwista Label Ewropea ta’ Kwalità mingħajrha.

Din is-sena l-Label Ewropea ta’ Kwalità hija prerekwiżit qabel ma tapplika għall-Premjijiet Ewropej. L-imsieħba li ma rċevewx Label Ewropea ta’ Kwalità mhumiex eliġibbli li jipparteċipaw fil-kompetizzjoni tal-Premjijiet Ewropej tal-eTwinning 2011.

  • Pass 1: Applika għal Label Nazzjonali ta’ Kwalità
  • Pass 2: Ħeġġeġ lill-imsieħba tiegħek jagħmlu l-istess!
  • Pass 3: Iċċekkja l-Portal biex tara jekk ingħatajtx il-Label Ewropea ta’ Kwalità (ir-rawnd li jmiss jingħata awtomatikament f’Ottubru 2010)
  • Pass 4: Issottometti l-proġett tiegħek għall-kompetizzjoni tal-Premjijiet Ewropej 2011 (is-sottomissjonijiet jiftħu f’Ottubru 2010)



Kif takkwista Label Ewropea ta’ Kwalità?

Jekk aktar minn imsieħeb wieħed jirċievi Label Nazzjonali ta’ Kwalità għall-istess proġett, dawn iż-żewġ individwi jew aktar imbagħad awtomatikament jirċievu Label Ewropea ta’ Kwalità. Il-Label Ewropea ta’ Kwalità issa tingħata biss darba fis-sena (kull Ottubru).

Individwi li ngħataw il-Label Ewropea ta’ Kwalità mbagħad huma eliġibbli biex jissottomettu l-proġett tagħhom fil-kompetizzjoni tal-Premjijiet tal-eTwinning, li wkoll jitnieda kull Ottubru.

Ftakar: L-imsieħba fi proġett rebbieħ fil-Premjijiet Ewropej li rċevew label nazzjonali ta’ Kwalità biss jistgħu jipparteċipaw fl-akkwisti.

 

Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 18.06.2009
  • Mibdul l-aħħar: 11.08.2010
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Aħbarijiet

Bullet listErsaq eqreb ġar tiegħi!
Bullet listL-istudenti fl-eTwinning, Studji ta’ Każijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-istudenti
Bullet listeTwinning f’BETT 2012 f’Londra
Bullet listIddumx: ingħaqad mal-Kampanja Lura l-Iskola!
Bullet listL-isfidi li taħdem f’kuntest multilingwali
Bullet listGħidilna x'inhuma l-ostakli l-aktar diffiċli li tiltaqa' magħhom meta tipprova tibda proġett
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom