X'qed jiġri fl-Awstrija
| Interessat/a tinvolvi ruħek fi proġett ta' l-eTwinning ma' skola fl-Awstrija? Biex insiru nafu aktar dwar kif inhu sejjer l-eTwinning fl-Awstrija, kellimna lil Martin Gradl u l'Michaela Nindl, żewġ membri tat-tim ta' l-NSS Awstrijakk. |
X'hemm differenti dwar l-edukazzjoni fl-Awstrija meta mqabbla ma' pajjiżi oħrajn fl-Ewropa?? Is-sistema ta' l-iskejjel Awstrijaka hija magħmula minn żewġ tipi ta' skejjel: skejjel għall-edukazzjoni ġenerali u skejjel vokazzjonali. Skejjel għall-edukazzjoni ġenerali jipprovdu edukazzjoni mill-ewwel sat-tmin grad. Minn grad disgħa, is-sistema tinqasam fi skejjel ġenerali u dawk vokazzjonali. L-iskejjel ġenerali jinkludu wkoll l-iskejjel sekondarji akkademiċi. L-edukazzjoni mandatorja fl-Awstrija ddum disgħa snin u tingħata attenzjoni speċjali lil integrazzjoni soċjali ta' tfal bi bżonnijiet speċjali. Aspett uniku ta' l-edukazzjoni fl-Awstrija huwa l-preżenza ta' tagħlim pre-vokazzjonali, jew il-Polytechnische Schule, li jkun biss ta' sena (grad 9). L-istudenti kollha li jkunu jridu jitgħallmu professjoni direttament wara l-edukazzjoni mandatorja jkunu jridu jattendu l-Polytechnische Schule. Il-kindergarten għal studenti ta' bejn 3 u 6 snin ma tagħmilx parti mis-sistema edukattiva fl-Awstrija. Kif qed jitħaddem l-ICT fl-Awstrija? Fl-Awstrija, l-eTwinning huwa integrat fl-Aġenzija Nazzjonali għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. L-eTwinning jgħin lill-għalliema jiksbu għarfien aħjar tal-potenzjal ta l-ICT bħala għodda għat-tagħlim. Barra minn hekk, l-eTwinning iħeġġeġ lill-għalliema Awstrijaċi biex irawwmu kunfidenza u kompetenza fl-ICT. il-ministeru ta' l-edukazzjoni jissapportja l-ICT permezz ta' diversi modi u fil-preżent, xi proġetti ta' l-eLearning u ta' l-ICT fl-iskejjel jinkludu edumoodle, eLSA, Web 2.0, u Projekt TEVALO (Evalwazzjoni ta' l-Għalliema online). X'impatt ħalla fl-Awstrija minn meta beda l-eTwinning f'Jannar 2005? Billi l-eTwinning huwa mod ħafif u bla burokrazija biex twettaq proġett Ewropew, in-numru ta' skejjel u kindergartens Awstrijaċi li rreġistraw mill-2005 baqa' dejjem jiżdied. S'issa hemm madwar 400 skola u kindergarten Awstrijaka involuti fl-eTwinning, li minn Settwmbru ta' l-2007 sar parti mill-Programm Comenius. L-għam tal-Programm Comenius huwa li jiżviluppa għarfien tal-kulturi varji Ewropej permezz ta' skambji u kooperazzjoni bejn skejjel f'pajjiżi differenti - dawn l-esperjenzi jrawwmu żvilupp professjonali, ħiliet u kompetenzi u jikkultivaw l-idea taċ-ċittadinanza Ewropea. Bosta skejjel u kindergartens Awstrijaċi wżaw l-eTwinning biex jibdew u jsostnu sħubijiet tal-Comenius.
X'tip ta' proġetti l-aktar li jinteressaw lill-iskejjel mill-Awstrija?
Għandna ħafna proġetti ta' l-eTwinning Awstrijaċi b'temi li jolqtu t-tradizzjonijiet, stili ta' ħajja, l-matematika, x-xjenza u l-lingwi. Innutajna li l-għalliema tal-lingwi fl-Awstrija qegħdin jużaw l-eTwinning bħala għodda biex jgħallmu l-lingwi b'mod modern u awtentiku. Barra minn hekk ħafna proġetti Awstrijaċi jdaħħlu l-aspett interkulturali u dawn huma importanti ħafna. l-eTwinning hija għodda għall-kommunikazzjoni li torbot it-tagħlim interkulturali ma' l-eLearning b'mod perfett. Ħafna proġetti ta' l-arti u l-kultura kienu mnedija bħala parti mill-attivitajiet għas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali.
Hemm xi attivitajiet speċjali ta' l-eTwinning għaddejjin fl-Awstrija?
L-NSS joffri taħriġ fir-reġjuni kollha tal-pajjiż. Barra minn hekk, isiru avvenimenti u workshops flimkien ma' dawk tal-Comenius. Biex tippromwovi l-eTwinning, l-NSS ipproduċa vidjo li jista' jitniżżel minn www.etwinning.at. Isiru wkoll laqgħat ma' l-ambaxxaturi ta' l-eTwinning darbtejn fis-sena u din il-ħarifa ser ikollna żewġ workshops reġjonali mar-Repubblika Ċeka u mas-Slovakkja.
X'pariri tagħti lill-għalliema li jixtiequ jissieħbu fi proġetti ma' skejjel fl-Awstrija?
Anki jekk l-Awstrija ma rnexxilhiex tirbaħ il-Kampjonati tal-Futbol ta' l-2008, ħadna pjaċir nospitaw it-timijiet minn madwar l-Ewropa i niċċelebraw flimkien. L-għalliema u l-istudenti Awstrijaċi huma interessati ħafna fil-proġetti interkulturali u jixtiequ jitgħallmu dwar kulturi differenti. Lil hinn minn Mozart u Sacher, hemm ħafna x'tiskopri permezz ta' proġett ma' partner mill-Awstrija!
Interessat/a li tinvolvi ruħek fi proġett ta' l-eTwinning ma' skola fl-Awstrija? Tgħallem aktar dwar l-Awstrija billi tagħti ħarsa lejn l-informazzjoni dwar il-proġetti ta' l-eTwinning u l-websajt tagħha.
 |
- Editur tal-Web: Bizjak Zupanc Tinkara
- Ippubblikat: 25.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
|
 |
|