L-eTwinning u t-Tagħlim tal-Lingwi
| Skopri kif l-eTwinning għen biex żewġ għalliema mill-Belġju u mill-Italja sabu mod interessanti biex jgħallmu l-lingwi b'mod naturali u divertenti |
Ria de Wilde, mill-Belġju u Marina Marino, mill-Italja huma t-tnejn għalliema
tal-Franċiż bħala t-tieni lingwa u t-tnejn jintegraw l-eTwinning
fil-lezzjonijiet tagħhom. Bħalissa qed jaħdmu flimkien fuq żewġ proġetti ta'
l-eTwinning: L-għan ta' dawn il-proġetti huwa li jistabilixxu rabtiet bejn l-istudenti
tas-sekondarja mill-Belġju u mill-Italja u jgħinuhom jużaw lingwa barranija fi
sfond awtentiku. Biex jagħmlu dan, għamlu użu intensiv t'għodod bħall-wikis,
podcasting u blogs u wżaw it-TwinSpace biex jiġbru u jorganizzaw il-materjal u
l-links marbuta mal-proġetti. INTERVISTA Ejja niltaqgħu ma' dawn iż-żewġ għalliema entużjasti u nsiru nafu aktar dwar
dak li qed jagħmlu bl-eTwinning. Hawn ser issibu intervista ma' Ria, u fuq il-Blog ta' l-Għalliema ta'
l-eTwinning (bil-Franċiż) tistgħu taqraw dak li kellha xi tgħid Marina dwar
l-eTwinning. Kif iltqajtu? Kif kontu tafu li l-għalliema li ltqajtu magħha kienet
sieħba tajba? Jiena u Marina ltqajna fil-konferenza ta' l-eTwinning
f'Linz fl-2006. Tkellimna ħafna allura kont naf li kellna studenti ta' l-istess
etajiet u li konna nagħmlu użu ta' l-ICT bl-istess mod. F'Linz tajna l-indirizzi
ta' l-email u xi informazzjoni dwar l-iskejjel tagħna lil xulxin. Wara
l-konferenza ikkuntattjajt lil Marina u staqsejtha jekk kenitx għadha
interessata li tibda proġett miegħi. Hija persuna mimlija entużjażmu u
l-kooperazzjoni bejnietna ħadmet tajjeb sa mill-bidu nett. Kif fthiemtu fuq it-topiks tal-proġetti tagħkom u dwar il-metodi ta'
xogħol? Nilkkomunikaw bl-iSkype b'mod regolari, mill-anqas darbtejn
fil-ġimgħa. Xi drabi nipproponi topik jiena u drabi oħra tipproponi wieħed
Marina. Nippruvaw naħdmu fuq suġġetti li s-soltu naħdmu fuqhom waħedna.
L-eTwinning joħloq l-interazzjoni bejn l-istudenti biex b'hekk ikunu jistgħu
jiskopru aspetti oħra tat-topik magħżul. Diġa kontu ħdimtu fuq proġetti oħra ta' l-eTwinning qabel ma bdejtu
taħdmu flimkien. Tħossu li l-proġetti tagħkom qed jitjiebu? X'tgħallimtu
mill-esperjenza tagħkom fl-eTwinning? Żgur li hemm evoluzzjoni
fil-proġetti ta' l-eTwinning tagħna. Fil-bidu kienu msejsa l-aktar fuq skambju
t'informazzjoni. L-istudenti fil-pajjiżi rispettivi tagħhom iddeskrivew dak li
kien qed jiġri fil-pajjiż, u l-imsieħba setgħu jaqraw l-informazzjoni imma
m'għamlu xejn biha. Ftit ftit rajna li pedagoġikament, kien aktar interessanti
li nħeġġu aktar inteazzjoni bejn l-istudenti u fittixna attivitajiet li bihom
setgħu jaħdmu flimkien. Fil-proġetti tagħmlu użu intensiv t'għodod ta' l-ICT bħal m'huma
blogs, wikis u podcasts. X'inhuma r-raġunijiet għal dan? Kif jgħinu fit-tagħlim
tal-lingwi barranin? Meta studenti jitgħallmu lingwa barranija jridu
jitgħallmu l-vokabolarju u l-grammatika, imma mhux biss. Biex jipprattikaw u
jtejbu l-kompetenzi - il-qari, l-kitba, s-smiegħ u t-taħdit - l-għalliema
jistgħu jużaw għodod ta' l-ICT li jippermettu l-kommunikazzjoni orali u miktuba.
L-istudenti jridu jikkomunikaw f'sitwazzjonijiet reali ma' sħabhom Ewropej u ma
jistgħux jużaw il-lingwa nattiva. Il-fatt li qed taħdem ma' klassi minn pajjiż ieħor kif ibiddel
il-lezzjonijiet? Il-lezzjonijiet isiru aktar dinamiċi. L-esperjenza
tal-kommunikazzjoni reali hija pożittiva ħafna għal kulħadd: l-għalliema u
l-istudenti. Xi drabi aħna l-għalliema nissottovalutaw ir-rwol li għandna
f'ħajjet iż-żgħażagħ. Għandna l-possibiltà li niftħulhom moħħhom biex jaħsbu
bħala Ewropej! L-esperjenza tagħkom fl-eTwinning għenitkom f'xi proġetti oħra ta'
l-iskola? Kif? L-iskola tagħna tixtieq tibda proġett Comenius
bl-isem “The Quest for the European Grail”. Ser nużaw il-logħob għat-tagħlim
biex nimmotivaw aktar lill-istudenti tagħna. Ir-raġuni ewlenija għal dan
il-proġett hija l-kooperazzjoni internazzjonali u biex ninvolvu aktar studenti u
għalliema fi sħubijiet Ewropej. Ix-xogħol f'timijiet huwa importanti ħafna mhux
biss ġewwa l-iskola imma anki ma' l-imsieħba tagħna mill-Polonja, n-Norveġja u
l-Bulgarija. Iltqajna f'diversi Workshops għall-iżvilupp Professjonali ta'
l-eTwinning u fil-Konferenza ta' Linz fl-2006. Ser nużaw l-esperjenza li ksibna
mill-eTwinning l-iżjed minħabba l-għodod li nistgħu nużaw, irridu nużaw il-wikis
u l-podcasting. Ser nirreġistraw il-proġett fl-eTwinning ukoll u nużaw l-għodod
li toffri din il-pjattaforma. X'jaħsbu dwar leTwinning l-istudenti tiegħek? L-istudenti
jħobbu jitgħallmu b'dan il-mod. Ma jħossux li jkunu qegħdin jaħdmu ħafna;
madankollu jkollhom x'jagħmlu l-ħin kollu u jużaw il-lingwa barranija b'mod
naturali. Itejbu l-ħiliet tal-lingwa u ta' l-ICT. Mistoqsija ipotetika - x'timmissja l-aktar li kieku ma stajtx tuża
l-eTwnning fil-lezzjonijiet? Naħseb li t-tagħlim ikun tad-dwejjaq
għalija. Ma nistax nimmaġina kif inkun mingħajr l-eTwinning. Issa l-proġett ta'
l-eTwinning sar parti minn kull lezzjoni tiegħi. Hija sfida kbira li taħdem
m'għalliema oħra Ewropej u li toħroġ b'metodi ġodda biex tgħallem lingwa.
Għaldaqstant kieku nimmissja dawn l-isfidu u l-kuntatti li nagħmel fix-xogħol
tiegħi ta' kuljum.
 |
- Editur tal-Web: Christina Crawley
- Ippubblikat: 02.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 24.11.2009
|
 |
|