Homepage>>Misc>> Politika ta' privatezza
Politika ta' privatezza

L-istqarrija li ġejja tispjega l-politika tagħna dwar l-informazzjoni personali li niġbru dwarek.

 

Ħarsa Ġenerali

L-eTwinning hija inizjattiva tal-Unjoni Ewropea. Hija parti mill-fergħa ta’ Comenius fil-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja (LLP). Hija mmexxija mil-Kummissjoni Ewropea u implimentata mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).

Il-pjattaforma tal-eTwinning hija ddedikata biex tirrispetta l-privatezza tal-utenti tagħha. Tipprovdi ambjent affidabbli u sigur għall-iskejjel, l-għalliema u l-istudenti biex jikkollaboraw u jaqsmu ma’ xulxin. Id-dikjarazzjoni li ġejja tiddeskrivi l-politiki li bihom il-pjattaforma tal-eTwinning tiġbor, timmaniġġja u tuża d-dejta mogħtija mill-utenti tagħha.


1. Formoli ta’ sottomissjoni Online 

Bħala l-pjattaforma tal-eTwinning– li tiġbor fiha l-Portal tal-eTwinning, id-Desktop tal-eTwinning, id-Djarju tal-Proġett, it-TwinSpace, Il-Laboratorju tat-Tagħlim u Gruppi – li tiġbor u tkompli tipproċessa dejta personali, hija suġġetta għar-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi rigward l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità Ewropea u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (ĠU L8 tat-12.1.2001, pġ. 1.).
 
L-għodod differenti li hemm fuq il-Pjattaforma tal-eTwinning jippermettu lill-utenti jissottomettu informazzjoni biex jieħdu sehem f’attivitajiet tal-eTwinning. Meta tirreġistra online u tissottometti informazzjoni oħra, id-dejta tinġabar u tkun ipproċessata ulterjorment għall-għanijiet imsemmija minn hawn 'il quddiem taħt punt 2. L-operazzjonijiet rilevanti tal-ipproċessar tagħha huma taħt ir-responsabbiltà tal-Kontrollur tad-Dejta, li huwa l-kap tal-unità tat-"Tagħlim tul il-Ħajja: Comenius, ICT u Lingwi " fl-EACEA.


2. X’informazzjoni personali niġbru, għal liema għanijiet u permezz ta’ liema mezzi tekniċi?

(a) Informazzjoni personali: Id-dejta personali miġbura fuq il-pjattaforma tal-eTwinning tinkludi:

Dejta mandatorja

  • Dejta tar-Reġistrant: isem, kunjom, rwol fl-iskola (jekk għalliem, is-suġġetti mgħallma), suġġetti għal proġett prospettiv, lingwa(i) tal-proġett prospettiv, il-firxa tal-etajiet tal-istudenti involuti fi proġett prospettiv, indirizz elettroniku u idea(t) għall-proġett.
  • Dejta tal-iskola: isem uffiċjali tal-iskola, indirizz, belt, indirizz elettroniku, reġjun u pajjiż.
  • Dejta tal-mexxej tal-iskola: isem, kunjom, indirizz elettroniku professjonali.

Dejta mhux obbligatorja (li tfisser li tagħti din id-dejta jekk tixtieq biss)

  • Dejta tar-reġistrant: deskrizzjoni, lista ta’ kuntatti fid-Desktop, lista ta’ proġetti, disponibbiltà biex twaqqaf Sħubija Comenius fl-Iskejjel, Premjijiet eTwinning u għotjiet oħra, ritratt tar-reġistrant, ritratti u informazzjoni oħra relatata mal-użu tad-Desktop tal-eTwinning.
  • Dejta tal-iskola: kodiċi postali, numru tal-iskola, numru tat-telefown, websajt.

(b) Dejta oħra: Ir-reġistranti jistgħu wkoll jieħdu sehem fil-proġett TwinSpaces, Gruppi tal-eTwinning, Kmamar tal-Għalliema u Avvenimenti ta’ tagħlim u jiżviluppaw Djarju tal-Proġett. F’dawn il-każijiet, ir-reġistranti jistgħu jissottomettu informazzjoni biex ikunu jistgħu jieħdu sehem f’inizjattivi bħal dawn. L-aċċess għal tali pjattaformi huwa ristrett għall-membri reġistrati tagħhom biss.

Il-Kummissjoni Ewropea, is-sħubija EACEA u EUN AISBL (European Schoolnet), mhumiex responsabbli għal kwalunkwe informazzjoni u dokumenti li jittellgħu minn partijiet terzi.


(c) Użu tad-dejta: Il-ħżin, l-ipproċessar u l-wiri ta’ dejta hija meħtieġa biex:

  • jippermetti lir-reġistranti jsibu msieħba u joħolqu proġetti;
  • jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tar-reġistranti ġewwa u barra l-eTwinning biex jarrikkixxu l-profili tal-utenti u tal-iskola;
  • jipprovdi informazzjoni dwar il-proġetti tal-eTwinning;
  • inġeneral, jippermetti r-reġistranti tal-eTwinning jikkomunikaw u jikkollaboraw fi spirtu ta’ fiduċja u rispett reċiproku; u,
  • jippermetti u jiffaċilita attivitajiet ta’ monitoraġġ u riċerka.

Statistiċi aggregati jinġabru b’mod regolari, u jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, in-numru ta’ utenti waqt perjodu speċifiku, is-suġġetti preferuti u/jew pajjiżi magħżula minn għalliema u l-użu tal-kont. Fi sforz biex jimmassimizza l-esperjenza tal-utent il-Portal tal-eTwinning jista’ wkoll iżomm rekord tal-frekwenza, l-abitudnijiet, il-preferenzi u l-issettjar tal-utent.

Dejta relatata mal-imġieba tal-utent fl-oqsma diversi tal-pjattaforma tal-eTwinning tista’ tintuża biss biex issir riċerka u monitoraġġ mill-EACEA, il-Kummissjoni Ewropea, u awtoritajiet li jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni tal-eTwinning (pereżempju, is-Servizzi t’Appoġġ Ċentrali (CSS) u s-Servizzi t’Appoġġ Nazzjonali (NSS) u awtoritajiet nazzjonali u reġjonali tal-iskejjel) u partijiet terzi oħra (pereżempju, ċentri tar-riċerka u universitajiet debitament awtorizzati). L-użu kollu tad-dejta mill-partijiet imsemmija hawn fuq jeħtieġ tiġi kkommunikata lill-kontrollur tad-dejta, li jirriżerva d-dritt li ma jagħtix awtorizzazzjoni għal tali użu.

Id-dejta ma tiġix ipproċessata għal ebda għan ieħor. Il-bażi legali għal dawn l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ta’ dejta personali hija mniżżla taħt punt 9.


(d) Informazzjoni teknika: Id-dejta hija mogħtija mill-utenti nfushom billi jissottomettu formoli online f’oqsma differenti tal-pjattaforma tal-eTwinning. Il-pjattaforma hija mmexxija minn fornitur tas-servizzi (European Schoolnet) taħt kuntratt ta’ servizz speċifiku mal-EACEA. Id-dejta kollha tinġabar f’database.


3. Min jista’ jaċċessa l-informazzjoni tiegħek u lil minn tingħata?

Għall-għanijiet imsemmija hawn fuq, l-aċċess għad-dejta hija limitata strettament għal:

  • reġistranti tal-eTwinning (wara li jilloggjaw fuq id-Desktop): Sett sħiħ tad-dejta barra informazzjoni personali, bħall-indirizz elettroniku tar-reġistrant u d-dejta tal-mexxej tal-iskola.
  • EACEA, il-Kummissjoni Ewropea, CSS: sett sħiħ tad-dejta.
  • Awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali tal-iskejjel li jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni tal-eTwinning fuq livell nazzjonali (NSS): sett sħiħ ta’ dejta għall-utenti tal-pajjiżi rispettivi tagħhom.

It-trasferiment ta’ dejta speċifika lill-partijiet terzi (pereżempju, ċentri tar-riċerka u universitajiet) tista’ tkun permessa skont awtorizzazzjoni speċifika tal-Kontrollur tad-Dejta. Kull fejn hu possibbli, id-dejta tiġi pproċessata b’mod anonimu, b’mod speċjali jekk trasferita lill-partijiet terzi għall-finijiet ta’ riċerka.

Dejta personali qatt ma tintuża għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Xi dejta sottomessa mill-utenti tkun tidher f’oqsma pubbliċi tal-Portal tal-eTwinning, li jfisser li tali dejta hija aċċessibbli minn kulħadd fuq l-Internet. B’mod partikolari:

  • Dejta tar-reġistrant: isem, kunjom, rwol fl-iskola, (jekk għalliem, is-suġġetti mgħallma), suġġetti għal proġetti prospettiv, lingwa(i) tal-proġett prospettiv, medda tal-età tal-istudenti involuti fi proġett prospettiv u immaġni (jekk jingħata permess speċifiku mill-utent).
  • Dejta tal-iskola: isem uffiċjali tal-iskola, belt, reġjun, pajjiż u immaġni tal-iskola (jekk jingħata permess speċifiku mill-utent).
  • Dejta tal-proġett: isem, deskrizzjoni, lingwi, medda tal-età tal-istudent,dettalji tal-imsieħba, data tar-reġistrazzjoni u data tal-għeluq (jekk disponibbli).
  • Riżorsi edukattivi imtella’ fil-Qasam tar-Riżorsi li ngħataw aċċess pubbliku mill-kreatur.

Dejta oħra sottomessa mill-utenti fuq il-pjattaforma tal-eTwinning (pereżempju, messaġġi fil-forums, diskussjonijiet online u fili, fajls u stampi) jkunu viżibbli biss għal utenti rreġistrati oħra relatati mal-qasam tal-Portal fejn ittellgħu (pereżempju, Gruppi tal-eTwinning, Laboratorju ta’ Tagħlim, TwinSpace, Djarju tal-Proġett). Iżda, l-amministratur ta’ tali oqsma jista’ jiddeċiedi li jagħmel parti minn din id-dejta disponibbli għall-pubbliku. F’dan il-każ, ir-reġistrant għandu d-dritt iħassar l-informazzjoni dwaru nnifsu u l-informazzjoni relatata mal-istudenti tiegħu.


4. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw l-informazzjoni tiegħek?

Id-dejta personali miġbura u kull informazzjoni relatata huma maħżuna fuq servers siguri tal-fornitur tas-servizzi (European Schoolnet). L-operazzjonijiet taċ-ċentri tal-kompjuters tal-fornitur tas-servizzi huma marbutin b’kuntratt li jimxu mad-direttivi ta’ sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea u jirrispetta l-kuntratt tad-direttivi tas-sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttorat tas-Sigurtà għal dawn it-tip ta’ servers u servizzi.


5. Kif tista’ tivverifika, timmodifika jew tħassar l-informazzjoni tiegħek?

F’każ li tkun tixtieq tivverifika liema dejta personali hija maħżuna f’ismek mill-kontrollur responsabbli, jew timmodifika jew tikkoreġiha, tista’ tagħmel dan inti stess online. Il-password li ssettjajt waqt ir-reġistrazzjoni tippermettilek tilloggja u taġġorna l-informazzjoni personali tiegħek jew tiddeattiva l-profil tiegħek. L-utenti jistgħu jiddeattivaw il-profil tagħhom fi kwalunkwe ħin (ara punt 6 hawn taħt.).


6. Għal kemm żmien iżżommu d-dejta tagħkom? 

Dejta relatata ma’ għanijiet ta’ statistika u riċerka tinżamm għat-tul kollu tal-eTwinning f’format aggregat u anonimu .

Dejta relatata mal-profil tal-utent, kif deskritta f’punt 2, tinżamm għal sena wara l-aħħar login tal-utent. Wara sena mill-aħħar login, il-profil tal-utent isir awtomatikament inattiv, jiġifieri ma jibqax viżibbli għal utenti oħra jew għall-pubbliku inġenerali. Tintbagħat notifika lill-utent biex tinfurmah/a li l-profil tiegħu/tagħha ġie ssettjata għal inattiv u li hu/hi jista’ jerġa’ jattiva l-kont tiegħu/tagħha billi jerġa’ jilloggja. It-tieni u l-aħħar tfakkira tintbagħat wara sentejn biex tinforma lill-utent li, 3 snin wara l-aħħar login tagħha/tiegħu, il-profil tagħha/tiegħu se jkun iddeattivat b’mod permanenti. L-informazzjoni personali mbagħad issir anonima.

Fil-każ li l-utenti jitolbu għal deattivazzjoni tal-profil tagħhom jew il-profil jiġi ddeattivat awtomatikament, ebda dejta ma tkun viżibbli għal utenti oħra tal-eTwinning . Id-Dejta tinżamm biss f’format anonimu li ma tippermettix identifikazzjoni personali. Jekk utenti bi profil iddeattivat jixtiequ jkomplu jużaw il-pjattaforma, ikollhom jerġgħu jirreġistraw. Id-dejta tibqa’ biss għal għanijiet ta’ riċerka u monitoraġġ għad-dispożizzjoni tal-EACEA, il-Kummissjoni Ewropea, awtoritajiet tal-iskejjel nazzjonali u reġjonali, awtoritajiet li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-eTwinning (Servizzi t’Appoġġ Ċentrali u Nazzjonali) u partijiet terzi oħra (ara punt 3) taħt l-awtorizzazzjoni tal-Kontrollur tad-Dejta f’format aggregat.


7. Informazzjoni ta’ kuntatt

Għal xi mistoqsijiet dwar id-drittijiet tiegħek u l-eżerċitu tad-drittijiet tiegħek relatati mal-ipproċessar ta’ dejta personali (bħall-aċċess u r-ratifikazzjoni tad-dejta personali), ikkuntattja lill-Kontrollur tal-pjattaforma tal-eTwinning fuq dan l-indirizz:

Kap tal-Unità P1 – Tagħlim tul il-Ħajja: Comenius, ICT u Lingwi
Aġenzija Eżekuttiva Edukazzjoni Awdjoviżiv u Kultura
Uffiċċju: BOU2 02/57
Avenue du Bourget  1
BE-1140 Brussels
Belgium
EACEA-LLP-eTwinning@ec.europa.eu

Biex tiddeattiva kont, ikkuntattja lis-Servizz t’Appoġġ Ċentrali fuq: helpdesk@etwinning.net.


8. Rikors

F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar xi kwistjoni tal-Protezzjoni tad-Dejta Personali tista’ tindirizza lilek innifsek lill-Kontrollur fl-indirizz u l-kaxxa tal-posta elettronika msemmija hawn fuq. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-Uffiċċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-EACEA fuq l-indirizz li ġej: eacea-data-protection@ec.europa.eu

Jekk in-nuqqas ta’ qbil ma jiġix riżolt mill-Kontrollur jew mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tista’ tressaq l-ilment tiegħek lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta fi kwalunkwe ħin: websajt - http://www.edps.europa.eu; email - edps@edps.europa.eu.


9. Bażi legali

Il-bażi legali prinċipali tal-ipproċessar tad-dejta personali hija:
(a) L-Artiklu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/336/KE tal-20 ta’ April 2009 li stabbilixxa l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura għall-immaniġġjar tal-azzjoni tal-Komunità Ewropea fl-oqsma tal-edukazzjoni, awdjoviżiv u kultura skont l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 101 tal-21.4.2009, pġ. 21.);
(b) L-azzjoni tal-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja (2007-2013) stabbilita mid-Deċiżjoni 1720/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 327 tal-24.11.2006, pġ. 45.).

Aktar