Kodiċi ta' Mġiba tal-eTwinning
| Meta tirreġistra fuq il-Portal tal-eTwinning inti taqbel mal-prinċipju bażiku li l-eTwinning huwa Komunità ta’ għalliema bbażat fuq il-fiduċja u l-koperazzjoni. |
It-tim tal-eTwinning jirrikmanda li: - Tiżgura li l-istampi u l-fajls li ttella’ (fuq il-Profil tiegħek u fil-qasam tar-Riżorsi) ma jiksrux id-drittijiet tal-awtur. B’mod partikolari, kun żgur li ma tippostjax stampi ta’ studenti li jkunu jistgħu jingħarfu.
- Meta tippostja kumment fuq Profil ta’ eTwinner ieħor, tiżgura li l-kumment tiegħek huwa relevanti għall-post oriġinali. Kummenti mhux addattati mhumiex permessi u jkunu rrappurtati.
- Tiżgura li l-messaġġi li tippostja fil-forums ikunu konsistenti mas-suġġett tal-forum. Krossposting (ippostjar tal-istess messaġġ f’aktar minn forum wieħed) mhuwiex permess.
- Iżżomm lura milli tibgħat wisq messaġġi permezz tas-sistema ta’ messaġġi interni lill-għalliema li ma tkunx qed taħdem magħhom. Huma jistgħu jqisu dan bħala posta mhux meħtieġa (spam).
- Tkun żgur li jkollok numru ta’ kuntatti fil-lista tiegħek li jkunu raġonevoli u ġestibbli .
- Tiżgura li xogħlok fil-proġetti li qed tipparteċipa fihom huwa bbażat fuq kollaborazzjoni reċiproka.
- Tevita li tistaqsi lil xi ħadd ikun parti mill-kuntatti tiegħek mingħajr komunikazzjoni minn qabel, biex tkun żgur li inti tabilħaqq interessat li tkunu f’kuntatt.
- Tillimita n-numru ta’ membri li jipparteċipaw fil-proġetti tiegħek għal dak li hu tassew meħtieġ biex il-proġett ikun suċċess.
- Tiddeċiedi dwar in-numru massimu ta’ msieħba qabel tirreġistra proġett u żżomm lura milli tistieden imsieħba addizzjonali jekk dan ma jkunx diskuss u miftiehem mal-imsieħba l-oħra tiegħek.
- Tillimita l-parteċipazzjoni tiegħek fi proġetti għal numru raġonevoli li fihom tkun tista’ tipparteċipa attivament.
- Qabel tissottometti entrata għall-kompetizzjoni Ewropea tal-Premjijiet tal-eTwinning, tiżgura li għandek il-ftehim tal-fundaturi tal-proġett li għandhom x’jaqsmu magħha.
Huwa strettament projbit li tuża l-eTwinning għal skopijiet kummerċjali. Kwalunkwe kumpanija, inizjattiva, attività jew softwer ta‘ interess kummerċjali jitneħħew, kif ukoll l-aċċess tagħhom għal Portal innifsu. It-tim tal-eTwinning għandu għal qalbu l-eTwinners u jiżgura li kwalunkwe abbuż tal-kodiċi ta’ mġiba ta’ hawn fuq mhuwiex ittollerat.
 |
- Editur tal-Web: Christina Crawley
- Ippubblikat: 27.11.2009
- Mibdul l-aħħar: 06.06.2011
|
 |
|
Disponibbli wkoll bil-...
|