Ċaħda
| Il-European Schoolnet iżżomm din il-websajt biex tippromwovi l-inizjattivi tagħha lill-pubbliku. Il-materjal fuq din il-websajt huwa għall-informazzjoni biss. |
L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni f’waqtha u preċiża. jekk tgħidulna b’xi żbalji, nippruvaw nikkoreġuhom. Iżda, il-European Schoolnet ma taċċetta ebda responsabbiltà għall-informazzjoni fuq dan is-sit.
Din l-informazzjoni:
· hija ta’ natura ġenerali biss u mhijiex maħsuba biex tindirizza ċirkostanzi speċifiċi ta’ individwu jew entità partikolari;
· mhijiex bilfors komprensiva, preċiża, kompluta jew aġġornata;
· xi drabi tkun illinkjata ma’ siti esterni li l-European Schoolnet m’għandha ebda kontroll fuqhom u ma tassumi ebda responsabbiltà għalihom;
· mhijiex parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonista mħarreġ/mħarrġa kif xieraq).
Il-European Schoolnet tirriżerva d-dritt, skont id-diskrezzjoni tagħha, li tissospendi, tbiddel, timmodifika, iżżid jew tneħħi partijiet mill-websajt fi kwalunkwe ħin.
Din iċ-ċaħda mhijiex maħsuba biex tilliimita r-responsabbiltà tal-European Schoolnet bi ksur ta’ xi rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont il-liġi.
Avviż dwar id-Dritt tal-Awtur
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata sakemm is-sors ikun rikonoxxut, għajr meta jingħad mod ieħor. Fejn jeħtieġ jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni ta’ informazzjoni, dan il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjonijiet dwar l-użu.
Dikjarazzjoni ta’ Privatezza
Kodiċi ta' Imġiba
 |
- Editur tal-Web: Christina Crawley
- Ippubblikat: 26.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 29.09.2011
|
 |
|