Subjects
Lingwi u Litteratura Il-Lingwi u l-litteratura huma suġġetti ideali għall-proġett ta’ l-eTwinning. Kemm jekk qed tittama li tikkumplimenta l-korsijiet tal-lingwi barranin, li tiskopri litteratura minn pajjiżi oħra, jew li taħdem b’mod ġenerali fuq il-ħiliet tal-kommunikazzjoni, proġett ta’ l-eTwinning f’dan is-suġġett huwa għodda mill-aqwa għat-tagħlim. Matematika u Xjenza Proġett ta’ l-eTwinning li jitratta x-Xjenza u l-Matematika huwa mod mill-aqwa biex issaħħaħ it-tagħlim, toħroġ dawn is-suppetti ‘l barra mill-ħitan tal-klassi għal ġo d-dinja ta’ ceru u trawwem interess ġdid fl-istudenti bil-għajnuna ta’ l-ICT. Storja u Ġografija Tgħallem dwar l-istorja permezz ta’ l-istudenti f’pajjiż ieħor; qabbel l-elementi ġeografiċi u kif dawn jinfluenzaw is-soċjetà; u ara kif il-kulturi jistgħu jitħalltu. Proġett ta’ l-eTwiining fl-oqsma ta’ l-Istorja u l-Ġografija huwa għodda għat-tagħlim mill-aqwa li żgur jieħdu gost biha l-istudenti. Arti L-eTwinning huwa mod tajjeb ħafna biex trawwem il-kreattività, t-talet u x-xogħol permezz ta’ timijiet fl-Arti. Fi proġett ta’ l-eTwinning, l-istudenti se jitgħallmu jaħdmu flimkien, jippjanaw u jiżviluppaw il-lat kreattiv tagħhom b’mod intereattiv u li jieħdu gost bih. Medja Fis-seklu 21, l-istudji tal-medja jmorru id f’id ma’ l-ICT u max-xogħol f’tim u allura proġett ta’ l-eTwinning li permezz tiegħu jaħdmu ma’ pajjiżi differenti u jitgħallmu dwar għodod ġodda biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa għall-esperti futuri fl-ICT, ġurnalisti u diretturi. Kultura Il-Proġetti ta’ l-eTwinning kollha jinkludu t-tagħlim dwar kulturi oħra, dwar it-tradizzjonijiet u dwar fehmiet differenti. Proġett ta’ l-eTwinning li jitratta l-kultura f’mod jew ieħor jiftaħ il-bibien u għajnejn l-istudenti u l-għalliema tad-diversi suġġetti differenti. Ekonomija u Intraprenditorjat M’hemmx mod aħjar biex titgħallem dwar l-ekonomija u d-dinja tal-kummerċ għajr permezz ta’ proġett ta’ l-eTwinning. F’timijiet, proġett li jitratta dawn l-oqsma jippermetti lill-istudenti biex jiżviluppaw ideat u proġetti, jitgħallmu dwar l-industrija u anki jingħataw ċans li jiffurmaw kumpaniji tagħhom stess. Xjenzi Soċjali Ix-Xjenzi Soċjali jinkludu numru ta’ suġġetti relatati mal-ħajja ta’ kuljum mill-home economics sa l-istrutturi ta’ soċjetajiet u dan huwa bażi mill-aqwa għad-diskussjoni u għat-tqabbil bejn studenti minn pajjiżi differenti. Affarijiet Ewropej u Politika Fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha, l-politika, id-drittijiet umani, u l-valuri soċjali għandhom rwol importanti fl-identità tagħna u fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Ibda proġett ta’ l-eTwinning li jitratta dan il-qasam ma’ l-istudenti tiegħek biex toħloq dibattiti interessanti bejn studenti minn pajjiżi differenti u biex titgħallmu dwar l-istorja u l-importanza tal-politika. Bżonnijiet Speċjali L-edukazzjoni ta’ studenti bi bżonnijiet speċjali tista’ tgawdi sewwa minn proġett ta’ l-eTwinning biex l-istudenti jiksbu livelli u japaċitajiet differenti u jikkollaboraw ma’ studenti ‘l barra mill-klassi u minn pajjiżhom u wkoll biex jużaw l-ICT b’mod interessanti u utli. Sport Minkejja li hemm attivitajiet li donnhom jistgħu isiru biss wiċċ imb’wiċċ u f’ħin reali, l-isport jista’ jkun mod mill-aqwa biex torganizza proġett ta’ l-eTwinning. Jista’ jkun dwar ħolqien ta’ logħob, l-organizzar ta’ turnaments jew l-iskoperta ta’ logħbiet u regolamenti ġodda ta’ pajjiżi oħra, il-proġetti ta’ l-eTwinning li jitrattaw l-isport huma pjaċevoli u għandhom valur miżjud lil-lezzjonijiet ta’ kuljum.
 |
- Editur tal-Web: Christina Crawley
- Ippubblikat: 02.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 25.08.2009
|
 |
|