Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Min jien?

F’din l-attività qasira l-istudenti joħolqu tpenġijiet tagħhom infushom bi ħjiel dwar il-passatempi tagħhom, eċċ. L-istudenti fl-iskola msieħba mbagħad jiktbu deskrizzjoni tagħhom skont il-ħjiel li jaraw fl-istampi.

 

Etajiet:                    11 –il sena ‘l fuq
Livell:                      Faċli
Tul:                         Xahar
Għodod tal-ICT:      Forum, Album tar-ritratti, Kamera diġitali, Scanner


          

Pedagogical Objectives          

 
Jiżviluppaw ħiliet fil-medja billi joħolqu immaġini biex jitrażmettu l-informazzjoni u jiġbru informazzjoni permezz tal-analiżi ta’ dawn l-immaġini.
Jiżviluppaw ħiliet ġenerali tal-kommunikazzjoni, tal-ICT u jipprattikaw il-ħiliet tal-kommunikazzjoni f’lingwa oħra.
          
 

Process



1. Attivitajiet tal-bidu

L-istudenti joħolqu tpenġija tagħhom infushom li jkun fiha ħjiel dwar il-passatempi tagħhom, dwar dak li jinteressahom, dak li jħobbu u li jdejjaqhom, il-familja tagħhom, eċċ. Jistgħu iħejju din it-tpenġija permezz ta’ softwer bħall-Paint u joħolqu album bir-ritratti jew preżentazzjoni bil-PowerPoint. It-tpenġijiet tal-istudenti ikunu ppubblikati fit-TwinSpace.

 

2. Attività ta’ tisħiħ

Studenti fl-iskola msieħba jiktbu deskrizzjoni tal-imseħbin tagħhom skont il-ħjiel li jkunu sabu fit-tpenġijiet.

 
Id-deskrizzjoni jkollha:

Id-dettalji tal-apparenza tal-partner, u tal-karattru u tal-personalità tagħha/tiegħu
Lista tal-passatempi tagħha/tiegħu
Lista tal-pets li għandha/għandu
Lista tal-ikel, xorb, kotba, mużika favorita eċċ.
Deskrizzjoni tal-familja tagħha/tiegħu
 

It-tmiem jista’ jkun hemm 3-5 mistoqsijiet li jitolbu aktar dettalji. Id-deskrizzjoni finali tkun pubblikata ġewwa forum. L-istudent li jkun is-suġġett tad-deskrizzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet, jikkoreġi l-iżbalji u jekk ikun irid iżid informazzjoni. Id-diskussjoni bejn l-istudenti jistgħu ikomplu jiddiskutu b’mod liberu bil-għajnuna tal-għalliem/a.

 

Outcomes

It-tpenġija u d-deskrizzjoni finali (bl-informazzjoni miżjuda u bl-iżbalji kkoreġuti ) jkunu miġbura flimkien u jkunu ppubblikati f’album (jew fuq il-blogs tal-istudenti nfushom) fit-TwinSpace.



Tips

Links                      

Box Top
  • Editur tal-Web: Tiina Sarisalmi
  • Ippubblikat: 10.11.2008
  • Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom