X’aħbarijiet għandna? – Nitkellmu dwar il-gazzetti
| Studenti fi skejjel imsieħba jaqraw gazetta nazzjonali maħruġa fl-istess jum. Jagħżlu dawk li huma fil-fehma tagħhom l-aktar tliet bċejjeċ t’aħbarijiet interessanti u importanti. L-aħbarijiet u t-taqsira tagħhom ikunu ppubblikati f’magażin ta’ bejniethom (MagazineFactory) jew fuq it-TwinSpace. |
Etajiet: 11 –il sena ‘l fuq
Livell : Faċli
Tul: Xahar
Għodod tal-ICT: MagazineFactory, TwinSpace, Forum
Pedagogical Objectives
L-istudenti jitgħallmu jevalwaw b’mod kritiku l-kontenut tal-gazzetti u minn konsumaturi passivi jsiru qarrejja kritiċi. Jiżviluppaw ukoll il-ħiliet fil-kommunikazzjoni: jitkellmu dwar l-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti, jittraduċu kitbiet u jagħmlu taqsiriet tagħhom. Jiksbu aktar għarfien dwar it-tipi ta’ kitbiet differenti: l-editorjal, aħbarijiet, kolonna, titlu, kitba, taqsira, sors, eċċ.
Process
Studenti fi skejjel imsieħba jaqraw gazetta nazzjonali maħruġa fl-istess jum. Jagħżlu dawk li huma fil-fehma tagħhom l-aktar tliet bċejjeċ t’aħbarijiet interessanti u importanti minn dawn it-taqsimiet: politika interna, politika internazzjonali jew affarijiet barranin, sports, kultura, ekonomija + l-editorjal. Jitraduċu t-titlu u l-kontenut ta’ sentenza jew tnejn għall-Ingliż jew kwalinkwe lingwa magħżula mill-għalliem/a. (Studenti ta’ ‘l fuq minn 14 jistgħu jagħmlu taqsira tal-artiklu).
L-aħbarijiet u l-artiklu jkunu ppubblikati fuq magażin ta’ bejniethom (MagazineFactory) jew fit-TwinSpace.
L-istudenti jqabblu l-aħbarijiet. Hemm minnhom li huma l-istess? Xi ngħidu dwar is-sorsi? Huma l-istess? Ir-ritratti huma l-istess?
L-istudenti jużaw il-forum biex jiktbu dwar dak li jħobbu jaqraw: jaqraw il-gazzetti regolarment, id-dar jixtru l-gazzetta filgħodu, liema aħbarijiet jaqraw: sports, programmi tat-TV, l-editorjali, l-kartuns, l-avviżi, l-attivitajiet jew oħrajn? Jaqraw il-gazzetti jew l-aħbarijiet fuq l-internet?
Outcomes
L-istudenti jistgħu jiktbu l-aħbarijiet huma stess u joħolqu gazzetta/magażin b’aħbarijiet li jinteressaw lilhom jew dwarhom infushom u b’format daqs li kieku gazzetta ta’ veru (jekk jintuża l-MagazineFactory).
Links
 |
- Editur tal-Web: Tiina Sarisalmi
- Ippubblikat: 10.11.2008
- Mibdul l-aħħar: 10.11.2010
|
 |
|