Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

X’hemm? – Nitkellmu dwar it-TV

L-istudenti jistudjaw programmi murija fuq 1-3 stazzjonijiet tat-TV nazzjonali f’pajjiżhom. Iqabblu r-riżultati tagħhom. Jitkellmu dwar kemm iqattgħu ħin jaraw it-televiżjoni, x’jaraw, eċċ.

 

Etajiet:                  11 –il sena ‘l fuq +

Livell :                  Faċli

Tul:                      Xahar

Għodod tal-ICT     TwinSpace, Forum

 

         

Pedagogical Objectives           

 

F’din l-attività qasira l-istudenti jitgħallmu jevalwaw b’mod kritiku l-kontenut li jintwera minn stazzjonijiet tat-TV differenti. Dan jgħin biex jiżviluppaw minn konsumaturi passivi għal osservaturi kritiċi u barra minn hekk jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-ħiliet kommunikattivi f’ilsna barranin filwaqt li jiddiskutu t-TV u l-esperjenza tagħhom. Jistgħu jiġu indirizzati wkoll il-ħiliet matematiċi billi jħejju tabelli u jikkalkulaw il-persentaġġi.

         

Process

 

1.     Attivtajiet tal-bidu

 

L-istudenti jagħmlu listi tal-programmi differenti fid-diversi kategoriji: aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti, dokumentarji, programmi tan-natura,dwar l-isports, id-dar u t-tisjir, mużika, films, eċċ. Bħala varjazzjoni, l-istudenti jistgħu jikkategorizzaw ukoll il-pajjiż oriġinali tal-programm u l-ismijiet oriġinali tagħhom.

 

Jagħmlu nota wkoll tat-tul ta’ kull wieħed mill-programmi. Eżempju, kemm -il siegħa ta’ sport jintwerew fil-ġimgħa jew kemm -il siegħa ta’ programmi Amerikani jintwerew kuljum, eċċ. L-istudenti ta’ ‘l fuq minn 14 -il sena jistgħu jagħmlu tabelli u jikkalkulaw il-persentaġġi tat-tipi differenti ta’ programmi. Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-istudenti ikunu ppubblikati fuq it-TwinSpace.

 

2.     Attivitajiet ta’ tisħiħ

 

L-istudenti jqabblu r-riżultati tal-pajjiżi differenti u jagħmlu osservazzjonijiet. Jiktbu l-kummenti u l-konklużjonijiet tagħhom ġewwa forum fit-TwinSpace.

 

L-istudenti jiddiskutu r-relazzjoni tagħhom mat-TV fil-forum, kemm -il siegħa kuljum , il-programmi favoriti tagħhom, l-atturi u l-personalitajiet favoriti tagħhom, jekk jarawx it-TV waħedhom jew mal-familja jew ħbieb, jekk jiddiskutux il-programmi, eċċ.

 

Box Top
  • Editur tal-Web: Tiina Sarisalmi
  • Ippubblikat: 10.11.2008
  • Mibdul l-aħħar: 10.11.2010
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom