Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Xi tħoss?

Din l-attività tgħin lill-istudenti jifhmu ‘l xulxin permezz tal-mużika. L-istudenti jiskambjaw il-mużika u jiktbu s-sentimenti spontanji tagħhom.

 

 

Etajiet:                 5-18 snin

Livell:                  Intermedju

Tul:                      2 sigħat

Għodod tal-ICT:   Audacity jew softwer ieħor għall-ipproċessar tal-awdjo, TwinSpace forum, softwer għat-tpenġija

 

 

Pedagogical objectives

 

Mat-tlestija ta’ dan il-proġett, l-istudenti ser ikunu jistgħu:

  • jużaw għodod tal-ICT u l-forum tat-TwinSpace,
  • isiru jafu lill-imsieħba barranin permezz tal-gosti tal-mużika tagħhom
  • jesprimu lilhom infushom
  • jifhmu kulturi barranin permezz tal-mużika


Process

 

L-Ewwel Pass

Kull skola tiddeċiedi dwar il-mużika u l-kliem li tkun trid tibgħat lill-iskola l-oħra. L-istudenti jirrekordjaw il-kanzunetta permezz tal-Audacity jew softwer ieħor għar-rekordjar tal-awdjo. Alternattiva għal dan tista’ tkun li tintgħażel kanzunetta kantata minn artisti famużi li tintbagħat direttament lill-imsieħba.

 

It-Tieni Pass

L-istudenti jiddeċiedu l-mistoqsijiet li jkunu jixtiequ jistaqsu lill-imsieħba. Eżempju:

 

  1. Xi tħoss meta tisma’ dawn il-kanzunetti?
  2. X’ideat jiġu f’moħħok meta tkun qed tisma’ dawn il-kanzunetti?
  3. Xi tħobb tagħmel meta tkun qed tisma’ din il-mużika?
  4. Fejn u ma’ min tixtieq tkun?
  5. Xi stampi jiġu f’moħħok meta tisma’ din il-mużika?
  6. Dawn il-kanzunetti huma simili ta’ xi oħrajn li ġieli smajt? Jekk iva liema?

 

It-Tielet Pass

L-istudenti jistaqsu lill-imsieħba biex ipenġu l-ewwel stampa li tiġi f’moħħhom meta jisimgħu dawn il-kanzunetti jew inkella biex jiktbu kliem differenti huma għall-istess mużika. Ir-riżultati jistgħu ikunu diskussa fuq il-forum tat-TwinSpace.

 

Eżempju:

 

Meta kien qed jisma kanzunetta stil flamenco, student kiteb: “Is-sensazzjonijiet li nħoss huma ta’: sogħba, ferħ u ftit dwejjaq. Imma jogħġbunii! Il-mużika tinżifen bis-saqajn u bl-idejn u għandha ħoss ta’ veru!” L-istudent imbagħad inkluda din l-istampa li kien pinġa.

 

Outcomes

 

Wara li jkunu tgħallmu dwar l-interessi mużikali tal-partners tagħhom, kif ukoll dwar il-kultura tagħhom, l-istudenti jkunu lesti għal attivitajiet oħra, ikunu jistgħu jibqgħu jiftakru l-ħin kollu li hemm differenzi u xebħ kulturali bejniethom. Dan kollu jagħtihom għarfien aħjar tal-imsieħba tagħhom għall-futur.

 

Tips

 

Referenzi

It-tpenġija tal-istudenti jista’ jinstab  fuq http://2gym-athin.att.sch.gr/world/flamenco.htm. hija mehuda minn proġett tal-eTwinning bejn skejjel minn Spanja u l-Greċja. Misjub 22 ta’ Lulju 2008.

Box Top
  • Editur tal-Web: Maria Tentzeraki
  • Ippubblikat: 18.09.2008
  • Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom