Walking pattern tour
| L-istudenti minn kull skola jorganizzaw mixja fil-belt tagħhom, jieħdu ritratti u jagħmlu xi kejl biex ikunu jistgħu jintroduċu lilhom infushom ma’ l-istudenti l-oħrajn għal dan il-priġett (li ser jitratta l-ġometrija). Dan il-materjal ikun jista’ jingħadda lil xulxin online. |
Livell: Medju Tul: ġimgħatejn Għodod ta’ l-ICT: TwinSpace, Audacity, kamera tar-ritratti diġitali, softwer tal-grafika, softwer dinamiku ġeometriku open source. Pedagogical Objectives It-titjib tal-ħiliet ta’ l-ICT u tal-kommunikazzjoni, t-trawwim tal-viżwalizzazzjoni u r-raġunament ta’ l-ispazju u ta’ l-immudellar ġeometriku. Process L-istudenti mill-iskejjel li qed jieħdu sehem fil-proġett jorganizzaw mawra bil-mixi fil-madwar ta’ l-iskola tagħhom u jfittxu disinji ġeometriċi u jieħdu ritratti ta’ dak li jsibu. L-istudenti jagħtu attenzjoni partikolari lid-disinji ġeometriċi li nsibu madwarna. L-għalliema jgħinu jiggwidaw u jsegwu l-progress ta’ l-istudenti fl-ewwel xogħol li jitratta d-disinji ġeometriċi. Jorganizzaw forum u sessjonijiet taċ-chat fejn l-istudenti juru xogħlhom u u jiddiskutu l-informazzjoni li jkunu provdew. Outcomes Permezz ta’ softwer dinamiku għall-ġeometrija (jew għodod oħra), l-istudenti jiżviluppaw firxa t’oġġetti u disinji biex ikunu jistgħu jiskambjawhom ma’ l-iskola l-oħra. L-għalliema jorganizzaw worksheets biex jibnu oġġetti marbuta mal-proġett u juruhom fl-iskejjel u fit-TwinSpace tal-proġett u fl-istess ħin iħeġġu lill-istudenti biex jipproponu ideat ġodda għax-xogħlijiet u s-suġġetti tal-proġett. Tips Din l-attività hija marti minn tliet kits ta’ proġetti itwal: - Matematika Interattiva Diġitali li jitratta l-użu tal-whiteboard diġitali fil-lezzjonijiet tal-matematika.
- Polyglomath, li hija ġabra ta’ termini u worksheets matematiċi li jistgħu jiġu maqsuma permezz tal-funzjonijiet multilingwali ta’ softwer open source tal-matematika bl-isem ta’ Geogebra.
- The golden ratio jitratta l-armonija u d-disinji ġeometriċi fl-arti fix-xjenza u fil-ħajja ta’ kuljum.
 |
- Editur tal-Web: Palmira Ronchi
- Ippubblikat: 18.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
|
 |
|