Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Sfida tat-Tangram

X’inhi tangram? Kif tista’ tużaha biex tistimula l-kreattività fl-istudenti tiegħek? F’din l-attività sempliċi u qasira, l-istudenti jitgħallmu dwar it-tangrams biex jiskopru diversi rappreżentazzjonijiet u jsibu modi divertenti biex jaħdmu u joħolqu forom dinamiċi bl-għajnuna tal-partners tagħhom.

 

 

Etajiet:                     5 - 9 snin

Livell:                      Faċli

Tul:                         ġimgħa

Għodod ta’ l-ICT:    TwinSpace, Geogebra, softwer tal-grafika u riżorsi tal-web

  

Pedagogical Objectives

 

It-titjib tal-ħiliet ta’ l-ICT u tal-kommunikazzjoni; ngħinu lill-istudenti jitgħallmu rappreżentazzjonijiet matematiċi differenti u nrawmu l-kunċett ta’ ekwivalenza tal-figuri


Process

 

L-istudenti jużaw kwadrat madsum f’seba’ biċċiet biex joħolqu forma oħra. L-għan huwa li jiffurmaw forma speċifika u unikaw b’dawn is-seba’ biċċiet. Il-forma trid tinkudi l-biċċiet kollha mingħajr ma jitrikkbu fuq xulxin. Jistgħu ipinġu din il-forma billi jsegwu l-istruzzjonijiet mogħtija fuq il-Wikipedia jew billi jużaw riżorsi tal-web interattivi bħal din il-Geogebra tangram.

 

L-għalliema jgħinu lill-istudenti fl-ewwel biċċa xogħol tagħhom biex joħolqu l-forom ġeometriċi u jagħtuhom l-għodod li jkollhom bżonn. Jorganizzawlhom forum u sessjonijiet ta’ chat biex l-istudenti jkunu jistgħu juru xogħlhom u jitkellmu dwaru.

 

Outcomes

 

L-istudenti jiżviluppaw sensiela ta’ stampi jew ritratti diġitali, jiskennjaw ir-ritratti jew jużaw Geogebra biex jiskambjaw xogħlhom ma’ l-iskejjel l-oħra. Wara jkollhom diskussjonijiet finali dwar il-forom tagħhom u jsawru ideat dwar xogħol ieħor li jistgħu jagħmlu fi ħdan il-proġett fil-futur.

 

L-għalliema jorganizzaw ir-riżultati finali tal-proġett u jippubblikawhom fuq it-TwinSpace. Imbagħad iħeġġu lill-istudenti jipparteċipaw u fid-dikussjoni u joħolqu suġġetti u xogħlijiet għal matul il-bqija tal-proġett.


Tips

 

L-attività proposta hawn fuq hija parti minn żewġ kits itwal:

 

  • Matematika Interattiva Diġitali li jitratta l-użu tal-whiteboard diġitali fil-lezzjonijiet tal-matematika.
  • Polyglomath, li hija ġabra ta’ termini u worksheets matematiċi li jistgħu jiġu maqsuma permezz tal-funzjonijiet multilingwali ta’ softwer open source tal-matematika bl-isem ta’ Geogebra.

 

Box Top
  • Editur tal-Web: Palmira Ronchi
  • Ippubblikat: 18.09.2008
  • Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom