Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Il-qoffa tax-xirja: sajjar bl-ingredjenti tiegħi!

Din l-attività tgħin lill-istudenti jifhmu lil xulxin permezz tal-ikel, nutrizzjoni tradizzjonali, it-togħma u l-benna. L-istudenti jipproponu l-ingredjenti li jridu jużaw u joqogħdu fuq l-immaġinazzjoni tal-imsieħba tagħhom billi jħeġġuhom jikkombinaw dawn l-ingredjenti u jivvintaw riċetta bihom.

 

 

Etajiet:                  13 -il sena ‘l fuq

Livell:                   Intermedju

Tul:                      4 sigħat

Għodod tal-ICT:   TwinSpace

 

 

Pedagogical Objectives

 

Mat-tlestija ta’ dan il-proġett, l-istudenti ser ikunu:

  • jafu aktar dwar l-imsieħba barranin permezz tal-ikel tradizzjonali u n-nutrizzjoni,
  • jistgħu joħolqu riċetta ġdida ibbażata fuq l-ingredjenti magħżula mill-imsieħba,
  • jifhmu l-kulturi barranin permezz tal-ikel u n-nutrizzjoni,
  • jiżviluppaw l-immaġinazzjoni,
  • jesperimentaw b’ingedjenti u għodod ġodda.

 

Process

 

L-Ewwel Pass

Kull skola tiddeċiedi dwar l-ingredjenti – tipiċi tal-kċina lokali – li jitpoġġew fil-qoffa tax-xirja. Il-qoffa tista’ tkun ibbażata fuq mappa interattiva (għal dawk aktar avvanzati fl-ICT) b’informazzjoni speċifika ma’ kull wieħed mill-ingredjenti.

 

It-Tieni Pass

Studenti minn kull skola jmorru sas-suq u jsibu kemm jistgħu mill-ingredjenti ssuġġeriti. Imbagħad ikunu jistgħu iġibu l-ingredjenti fil-klassi, jduquhom u jiddiskutu modi differenti ta’ kif jistgħu jintużaw f’riċetta. Għażla oħra għall-istudenti hija li jsir taħlit tal-ingredjenti barranin ma’ dawk tradizzjonali biex joħolqu riċetta li tgħaqqad il-kulturi.

 

It-Tielet Pass

L-istudenti jħejju r-riċetta li jkunu vvintaw u jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar ir-riżultat fit-TwinSpace. Imbagħad jipproponu r-riċetta l-ġdida lill-imsieħba barranin filwaqt li jkomplu jiddiskutu u jiżviluppawha.


Outcomes


L-istudenti jitgħallmu dwar il-kultura tal-imsieħba tagħhom b’mod pjaċevoli, jiżviluppaw ħiliet tat-tisjir kreattiv u jibnu relazzjoni ta’ xogħol kollaborattiv mal-imseħbin tagħhom. Attività bħal din hija ideali għal kwalinkwe proġett tal-eTwinning u tqarreb lill-iskejjel lejn xulxin.


Tips

 

Attività alternattiva jew sekondarja fuq l-istess linji tista’ tinkludi l-esplorazzjoni tal-moda jew tal-mużika fir-reġjuni jew il-pajiiżi msieħba.

 

Referenzi

L-istampi wżati biex noħolqu l-qoffa tax-xirja kienu mniżżla minn diversi websajts tat-tisjir. 

Box Top
  • Editur tal-Web: Maria Tentzeraki
  • Ippubblikat: 18.09.2008
  • Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom