Infittxu fuq l-internet, niktbu esejs u nagħtu kontribut fuq l-internet
| Matul l-iżvilupp ta’ kwalinkwe proġett tal-eTwinning, l-istudenti minn kull naħa tal-proġett jużaw l-internet biex ifittxu t-tagħrif u jgħadduh lil xuxlin. Ħafna drabi attività bħal din tirriżulta li l-istudenti sempliċiment jikkuppjaw kitbiet u ritratti u dan ikun frustranti kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema tagħhom. Dan it-tip ta’ tiftix ma jinkludix il-ħolqien ta’ materjali ġdid għal fuq l-internet. Il-metodoloġija għat-tiftix li ser nipproponu tnaqqas il-problemi marbut ma dan it-tip ta’ tiftix billi tipprovdi linji ċari għat-tiftix, tqassir u ippubblikar tal-informazzjoni. |
Etajiet: 13-il sena ‘l fuq
Livell: Intermedju
Tul: 6 sigħat
Għodod tal-ICT: Internet, magni ta’ riċerka, softwer għall-word processing, softwer għall-editjar tal-istampi.
Pedagogical Objectives
Mat-tlestija ta’ din l-attività, l-istudenti ser ikunu kapaċi:
- jużaw l-għodod tal-ICT u makni ta’ riċerka
- jikkollaboraw mal-partners tagħhom
- jevalwaw websajts u l-kwalità ta’
informazzjoni li jkun fihom
- jagħrfu bejn siti li wieħed jista’ jafda u
dawk li le
- jgħarblu t-tagħrif miġbur matul il-proċess
tat-tiftix
- jidentifikaw u jirrispettaw id-drittijiet
kreattivi fuq l-interrnet
- jikkomponu esej ibbażata fuq l-evalwazzjoni
tat-tagħrif miġbur u fuq il-ħsibijiet tagħhom
- japplikaw id-drittijiet tagħhom infushom lil
din l-esej
Process
L-Ewwel Pass
L-istudenti jaħsbu f’mistoqsija li jridu jibgħatu lill-imsieħba tagħhom. Is-suġġett magħżul għandu jinkludi l-ħsieb kritiku, eż. jesploraw l-effetti tat-tisħin dinji li huwa suġġett importanti u kurrenti u li faċilment iwassal għal mistoqsijiet oħra.
Eżempju:
L “X’inhu t-tisħin dinji?”
Din il-mistoqsija hija miftuħa wisq u twassal sempliċiment biex l-istudenti jsibu definizzjoni imma mhux biex jagħtu l-fehmiet tagħhom.
J “Kif taħseb li t-tisħin globali ser jaffettwa ‘l pajjiżek?”
Din il-mistoqsija tippermetti interazzjoni aħjar bejn l-istudenti u tinvolvihom fi kwistjoni li hija parti minn ħajjithom kif ukoll minn dik tal-imsieħba tagħhom.
It-Tieni Pass
Biex joħorġu bir-riżultati, l-istudenti jaqsmu l-mistoqsija oriġinali f’bejn 6 sa10 mistoqsijiet speċifiċi oħra relatati mas-suġġett.
- X’inhu t-tisħin dinji?
- X’inhuma l-effetti tat-tisħin dinji fuq l-arja,
l-ilma u l-art?
- X’jikkawża t-tisħin dinji?
- Liema attività tal-bniedem l-aktar li tinfluwenza
l-effett tat-tisħin dinji?
- X’inhu l-‘Protokoll ta’ Kyoto’?
- Liema organizzazzjoni hija responsabbli għat-tisħin
dinji f’pajjiżi?
- Liema organizzazzjoni hija responsabbli għat-tisħin
dinji fil-pajjiż tal-iskola msieħba?
- X’inhu l-livell tal-emmissjonijiet tas-CO2 fiż-żewġ
pajjiżi?
- X’nista’ nagħmel dwar it-tisħin dinji?
- Ix-xjentisti x’qegħdin ibassru għall-futur?
It-Tielet Pass
L-istudenti jaħdmu fi gruppi żgħar. Kull tim huwa responsabbli għal ftit mill-mistoqsijiet. Għal kull waħda mill-mistoqsijiet imsemmija, l-istudenti jagħżlu keywords biex jintużaw fil-makni tar-riċerka fuq l-internet.
Eżempju:
Tisħin dinji, Protokoll ta’ Kyoto, effetti kollaterali fuq l-ambjent, emmissjonijiet tas-CO2, soluzzjonijiet tal-klima, eċċ.
Ir-Raba’ Pass
L-istudenti jfittxu kull waħda mill-keywords fuq l-internet imbagħad jimlew tabella bħal dik murija hawn taħt skond informazzjoni minn websajts li jkunu jidhru li jistgħu ikunu fdati. L-għalliema għandhom jiddiskutu mal-istudenti l-importanza li t-tagħrif li jiġbru jkun ta min joqgħod fuqu u li jridu jkunu kapaċi jagħrfu bejn sorsi tajbin u oħrajn mhumiex. Fl-ewwel kolonna l-istudenti jiktbu l-indirizz tas-sit. Fit-tieni kolonna jippruvaw jevalwaw il-paġni tas-sit skond dawn il-mistoqsijiet:
1. Huwa relatata mas-suġġett?
2. Huwa sit uffiċċjali ta’ organizzazzjoni magħrufa?
3. Jesprimi opinjonijiet personali jew tagħrif oġġettiv imsejjes fuq ir-riċerka?
Fi tmiem il-proċess, skond id-dikussjonijiet u l-fehmiet tagħhom, l-istudenti jagħżlu t-tagħrif l-aktar ta’ valur biex jużawh għat-tweġiba għal-mistoqsija ewlenija.
Il-Ħames Pass
L-istudenti jistudjaw u jiddiskutu t-tagħrif miġbur.
Is-Sitt Pass
L-istudenti jiktbu esejs (bħala tim jew individwalment; skond id-deċiżjoni tal-għalliem/a) biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-mistoqsija jew is-suġġett diskuss. Din hija opportunità tajba biex l-iskejjel imsieħba jikkollaboraw fil-proċess tal-kitba tal-esej.
Qafas tajjeb għal din l-esej jista’ jieħu din ix-xeħta:
Isem tal-esej + stampa ddisinjata mill-istudenti
1. Taqsira
2. Introduzzjoni qasira
3. Ir-riċerka tiegħi/tagħna u l-fatti li skjoprejna
4. Konklużjonijiet u ħsibijiet personali
6. Links u riżorsi
7. Id-drittijiet tagħna
Bħala tul, l-esej jista’ jvarja minn paġna għal bosta, skond l-għanijiet pedagoġiċi tal-proġett tal-eTwinning.
Outcomes
L-istudenti jaħdmu flimkien u jiżviluppaw riċerka online u ħiliet tal-kitba. Barra minn dan, ikunu mħejjija tajjeb għal attivitajiet u xogħol simili relatat mal-għanijiet ġenerali tal-proġett tal-eTwinning.
Tips
Referenzi
Dodge, B. (2007). WebQuest.Org. Imniżżel Awissu 27, 2008, minn http://webquest.org/index.php
Jakes, D.S. & Pennington, M.E. &, Knodle, H.A (2002). Using the Internet to Promote Inquiry-based Learning.
Internet Innovations. Imniżżel Awissu 27, 2008, minn www.biopoint.com/inquiry/ibr.html
 |
- Editur tal-Web: Maria Tentzeraki
- Ippubblikat: 18.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.10.2011
|
 |
|