Online matching!
| Din l-attività introduttorja ssegwi l-kunċett tal-online dating u tiffoka fuq passatempi u interessi komuni. Fl-aħħar ta’ din l-attività huwa ttamat li l-istudenti jkunu sabu partner tal-eTwinning li jaqbel mal-personalità tagħhom. B’dan il-mod, il-laqgħat flimkien bħala parti mill-proġett tal-eTwinning ikunu pjaċevoli u jwasslu għal kollaborazzjoni aħjar u tim tal-eTwinning aktar stabbli. |
Etajiet: 13 sena ‘l fuq
Livell: Faċli
Tul: 2 sigħat
Għodod tal-ICT: TwinSpace
Pedagogical Objectives
Mat-tlestija ta’ dan il-proġett, l-istudenti ser ikunu jistgħu:
- jesprimu lilhom infushom fuq forum,
- jiddeskrivu lilhom infushom bil-kitba,
- jifhmu l-karattru tal-imseħbin tagħhom permezz
tad-deskrizzjonijiet,
- jagħżlu l-imseħbin tagħhom.
Process
L-Ewwel Pass
L-istudenti jiktbu deskrizzjoni dettaljata tagħhom infushom. Barra minn dan jesprimu dak li qed ifittxu f’partner għall-eTwinning (eż. Qed infittex lil xi ħadd li jħobb il-mużika pop). Id-deskrizzjonijiet personali kollha jkunu ppubblikati fit-TwinSpace.
It-Tieni Pass
L-istudenti jaqraw fid-dettall id-deskrizzjonijiet/avviżi u jibgħatu risposti lil dawk l-istudenti li skond huma l-aktar ikunu simili jew interessanti.
It-Tielet Pass
Kull wieħed/waħda mill-istudenti jiddeċiedu dwar il-partners li jixtiequ jaħdmu magħhom.
Outcomes
L-istudenti jiżviluppaw relazzjoni u rabta ma’ wieħed jew żewġ studenti oħra mill-iskejjel imsieħba. B’hekk l-istudenti jkunu jistgħu jaħdmu flimkien b’mod aktar personali għal attivitajiet fil-futur u jieħdu għajnuna mingħand xulxin.
Tips
L-għalliema jistgħu jorganizzaw dawn ir-rabtiet bejn studenti billi jqabblu grupp ma’ grupp minflok individwi flimkien. Idea li tistgħu tużaw hija li titlob lill-istudenti jiskopru l-personalità tagħhom permezz ta’ Lüscher colour test, li jista’ jservi ta’ bażi għal attivitajiet futuri bejn u ġol-gruppi (hemm diversi verżjonijiet ta’ dan it-test li jistgħu jintużaw bla ħlas minn fuq l-internet).
 |
- Editur tal-Web: Maria Tentzeraki
- Ippubblikat: 18.09.2008
- Mibdul l-aħħar: 12.08.2009
|
 |
|
Disponibbli wkoll bil-...
|