Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Il-Promozzjoni tal-Multilingwiżmu: Permezz ta’ MYLO u Vokis

picture

MYLO hija maħsuba biex tinvolvi liż-żgħażagħ fit-tagħlim tal-lingwi. Vokis huma faċli ħafna biex jgħinu lill-istudenti jħossuhom anqas imbeżża’ mill-kapaċità tagħhom li jitkellmu b’lingwa barranija.

 

Bosta għalliema jħossuhom interessati jsibu modi innovattivi biex jgħallmu lingwa u jqajmu l-interess u l-kurżità tal-istudenti tagħhom. Din, ovvjament, hija raġuni eċċellenti biex jingħaqdu mal-eTwinning, billi l-iskejjel imsieħba jistgħu jgħinu lil xulxin.  Anke hawn, l-għalliema jfittxu proġetti eċċitanti li jgħinu lill-istudenti tagħhom jitgħallmu flimkien.

Hemm ħafna websajts li jistgħu jgħinu biex irawmu l-multilingwiżmu iżda jistgħu jinħlew ħafna sigħat fl-esplorazzjoni ta’ websajt biex imbagħad jinstab li mhix tajba għall-ħtiġijiet tal-għalliem/a. Il-websajts li ġejjin jagħtu ‘ħarsa ġenerali’ lejn MYLO u VOKI u mhux biss hemm informazzjoni dwar is-siti iżda wkoll issib raġunijiet u xi ideat possibbli għaliex u kif għalliem jista’ jsib is-siti utli fis-sħubija tal-eTwinning
 
 
MYLO u Vokis
 
Introduzzjoni għall-websajt 
 
MYLO (http://mylo.dcsf.gov.uk/) hija maħsuba biex tinvolvi liż-żgħażagħ fit-tagħlim tal-lingwi, trawwem il-kompetenza tagħhom, u tinkoraġġihom ikomplu jistudjaw il-lingwi. L-attivitajiet huma ddiżinjati f’serje ta’ sfidi u kull sfida hija ddiżinjata biex toffri esperjenza ta’ tagħlim ekwilibrata u awtonoma, li tippromwovi t-tagħlim tal-lingwa permezz tal-kreattività, is-soluzzjoni ta’ problemi, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u tiftix.
 
Vokis (www.Voki.com) - Vokis huma faċli ħafna biex tagħmilhom u jistgħu jgħinu jżommu l-anonimità tal-istudenti u b’hekk jgħinuhom iħossuhom anqas imbeżża’ jekk ikunu mħassba dwar l-abbilità li jitkellmu b’lingwa barranija.

 

 
L-isfidi huma strutturati biex jinkludu:
  • Kuntest 
  • Attivitajiet ta’ Prattika  
  • L-Isfida   
  • L-Użu tal-Vokis
  • It-TwinSpace (inkluża r-reġistrazzjoni tal-istudenti).
 
Għarfien tal-isfond meħtieġ:
  • Huwa ssuġġerit li l-għalliema jesploraw MYLO, qabel jibdew dan il-module. L-għalliema jistgħu jirreġistraw il-klassi tagħhom fuq dan is-sit iżda dan mhuwiex essenzjali.
  • Ikunu jafu jagħmlu Vokis, isibu l-link għall-Voki komplut u l-kodiċi integrat.
  • Xi għarfien dwar l-użu tat-TwinSpace inkluża r-reġistrazzjoni tal-istudenti fuq il-blogg u l-forum tat-TwinSpace (u jiddeċiedu dwar l-amministrazzjoni tal-istudenti jekk meħtieġ), u jkunu kapaċi jintegraw il-kodiċi tal-Voki fit-TwinSpace.
 
Rekwiżiti tekniċi:
  • Mikrofoni sempliċi
  • Aċċess għall-kamra tal-kompjuters mill-iskola
 
 
Pjan:
 
1) L-għalliema msieħba jridu jikkollaboraw biex jagħżlu l-lingwa li se jippromwovu lill-istudenti tagħhom – din tista’ tkun l-istess lingwa għat-tnejn jew jistgħu jagħżlu l-lingwa ta’ xulxin, skont il-post ġografiku tagħhom.
 
2) L-għalliema mbagħad jagħżlu s-suġġett (pereżempju, minn MYLO, jistgħu jagħżlu minn bosta suġġetti inklużi dawn li ġejjin):
Merħba u tislijiet
Ismijiet
L-età u għeluq is-snin
Nazzjonalità u oriġini
Jiem u xhur
Ħin
Numri
 
3) Fil-bidu l-għalliema jintroduċu lill-klassi kollha mas-sit MYLO u s-suġġett magħżul, billi juru li hemm attivitajiet li għandhom isiru u li f'kull stadju l-istudenti jistgħu jikklikkjaw fuq l-ikona tal-‘ispiker’ biex JISIMGĦU l-frażi.
 
4) L-istudenti jistgħu jaħdmu individwalment jew f’pari biex jagħmlu l-attivitajiet. Dan jista’ jkompli fuq medda ta’ xi lezzjonijiet, iżda qabel ma tintemm kull lezzjoni, l-istudenti għandhom jingħataw xi żmien biex JIBBLOGGJAW jew jippowstjaw messaġġ fit-TwinSpace (pereżempju, jistgħu jgħidu fejn waslu fl-attività u x’tgħallmu jgħidu, imbagħad jikkummentaw/iwieġbu l-bloggs/posts ta’ studenti oħra).
 
5) Hekk kif l-istudenti jħossuhom kapaċi, inkoraġġihom jagħmlu Voki tal-frażi li tgħallmu. Jistgħu jinkludu link għall-Voki tagħhom fil-blogg tagħhom, u l-istudenti l-oħra jistgħu jisimgħu l-Voki u ‘jaqtgħu’ xi tfisser – dan jinkoraġġixxi lill-istudenti ‘jitkellmu’ u jirrekordjaw.
 
6) L-għalliema u/jew l-istudenti jistgħu jagħżlu li jivvotaw għall-Vokis li jixtiequ jintegraw fit-TwinSpace – u l-għalliem jew l-istudent amministratur jista’ mbagħad itemm il-kompitu.
 
 
Ħjiel:
 
Jekk għalliem qed juża Vokis għall-ewwel darba, jista’ jkun ta’ għajnuna li toħloq ‘kont’ tal-iskola biex l-istudenti kollha jistgħu jissejvjaw il-Vokis tagħhom f’kont wieħed. Madankollu, dan mhux essenzjali!
 
 
Riżultati:
  • L-istudenti minn skejjel imsieħba jkunu tgħallmu xi frażijiet bażiċi f’lingwa, li x’aktarx ma kinux familjari magħha.
  • L-evidenza tkun il-Vokis, tagħhom li mbagħad jaqsmu fit-TwinSpace.
 

 

Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 20.04.2011
  • Mibdul l-aħħar: 07.11.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Selected itemMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom