Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Il-Promozzjoni tal-Multilingwiżmu: Missjoni Ewropa

picture

Idħol fid-dinja tal-lingwi bi tliet avventuri eċċitanti Missjoni Ewropa. Missjoni Berlin, Misja Kraków u Missjoni Pariġi joffru approċċ interessanti għat-tagħlim tal-lingwi f’26 episodju. Inti tesperjenza tliet missjonijiet mill-perspettiva ta’ xi ħadd li jilgħab fuq il-kompjuter li jingħaqad ma’ erojini virtwali fuq avventuri fi Franza, fil-Polonja u fil-Ġermanja.

  

Bosta għalliema huma interessati jsibu modi innovattivi għat-tagħlim ta’ lingwa, b’mod partikolari meta tkun lingwa li lanqas huma mhuma familjari magħha. Din ovvjament, hija raġuni eċċellenti biex tingħaqad mal-eTwinning, billi l-iskejjel imsieħba jkunu jistgħu jgħinu lil xulxin, iżda anke hawn, l-għalliema jaraw li jfittxu proġetti eċċitanti biex jagħmlu li jgħinu lill-istudenti tagħhom jitgħallmu flimkien. 

 

Hemm ħafna websajts li jistgħu jgħinu fil-multilingwiżmu iżda jistgħu jinħlew ħafna sigħat fl-esplorazzjoni ta’ websajt biex imbagħad jinsab li mhix tajba għall-ħtiġijiet tal-għalliem/a għalhekk Il-websajt li ġejja ‘ħarsa lejn’ Missjoni Ewropa mhux biss tagħti xi informazzjoni dwar is-sit iżda wkoll tagħti r-raġunijiet u xi ideat possibbli għaliex u kif għalliem jista’ jsib is-sit utli fl-ambitu tas-sħubija tal-eTwinning.

 

Missjoni Ewropa (www.missioneurope.eu)

 

Introduzzjoni għall-websajt 

Idħol fid-dinja tal-lingwi bi tliet avventuri eċċitanti Missjoni Ewropa. Missjoni Berlin, Misja Kraków u Missjoni Pariġi joffru approċċ interessanti għat-tagħlim tal-lingwi f’26 episodju. Inti tesperjenza tliet missjonijiet mill-perspettiva ta’ xi ħadd li jilgħab fuq il-kompjuter li jingħaqad ma’ erojini virtwali fuq avventuri fi Franza, fil-Polonja u fil-Ġermanja.

 

Sfond tal-Missjoni Ewropa:

Din hija ‘avventura’ eċċitanti (ibbażata fuq avvenimenti storiċi iżda mbagħad jużaw ‘missjoni’ fittizja) li fil-bidu tuża, ħiliet fil-lingwa ‘barranija’ bażiċi ħafna iżda għal kollox fil-kuntest, u tinkoraġġixxi lill-istudenti, biex l-ewwel ħaġa, JISIMGĦU u jifhmu x’inhu għaddej. L-idea hija simili għal ‘radjudramm’ fejn kull episodju (ta’ 5 minuti) (podcast) jista’ jindaqq lil u jinstema’ minn studenti u jippermettilhom jimmaġinaw lilhom infushom fis-sitwazzjoni. 

L-istudenti jistgħu sempliċiment jisimgħu kull episodju biex isegwu l-istorja, iżda kull episodju fih ħjiel biex jiġu segwiti u s-sit għandu wkoll kwiżżijiet interattivi, opportunitajiet biex jitniżżlu powsters, ‘wallpaper’ u melodiji għall-mowbajl biex l-istudenti jkunu jistgħu jidħlu fl-istorja u fl-istess ħin jitgħallmu xi vokabolarju u frażijiet fil-lingwa magħżula tagħhom. Hemm ukoll opportunitajiet biex jitgħallmu dwar il-kultura tal-pajjiż magħżul.

Hemm 3 lingwi/avventuri minn fejn tagħżel li huma kollha differenti u jistgħu wkoll jagħtu lill-istudenti introduzzjoni eċċellenti għat-3 lingwi kollha jekk l-għalliema jixtiequ dan. Iżda, jista’ jkun aktar faċli jekk tibda billi tagħżel lingwa waħda. Ladarba l-istudenti jkunu temmew missjoni waħda, ikunu jistgħu jkomplu bl-oħrajn jekk ikunu interessati. 

 

Użah fl-eTwinning

Għalkemm dan is-sit jista’ jintuża sempliċiment minn għalliema u l-klassi tagħhom barra minn kwalunkwe sħubija, Missjoni Ewropa jista’ jifforma l-bażi ta’ proġett kollaborattiv eċċellenti fl-eTwinning.

 

Fil-format l-aktar sempliċi tiegħu, l-għalliema fi sħubija jistgħu jiddeċiedu:

  • Liema lingwa se jagħżlu (pereżempju, tkun lingwa ‘ġdida’ għaż-żewġ imsieħba?).
  • Idoqqu podcast kuljum (jew kull ftit ġranet, waqt li jiftakru li hemm 26 episodju). 
  • Jintroduċu t-TwinSpace u r-Rokna tal-Istudenti tiegħu mal-istudenti, billi juruhom l-għodod disponibbli. 
  • Iħallu lill-istudenti (li jistgħu jaħdmu fi gruppi) joħorġu bl-ideat tagħhom stess dwar kif se jaslu għall-missjonijiet tagħhom. 

 

Fl-aħħar tal-proġett, l-istudenti/gruppi għandhom juru li:

  1. Kapaċi jisimgħu u jlissnu ħafna mill-vokabolarju u  frażijiet li ntużaw waqt l-istorja.
  2. Fehmu u kapaċi jirrakkontaw l-istorja, u għandu mnejn jiżviluppaw il-verżjoni tagħhom tal-istorja.
  3. Fehmu l-kuntest storiku.
  4. Jafu dwar xi siti kulturali tal-pajjiż tal-lingwa li qed jistudjaw. 
  5. Juru kif qasmu dan jew ħadmu flimkien ma’ studenti mill-iskola msieħba tagħhom. 

 

Għandhom xi ideat oħra ‘aktar strutturati’ biex jużaw fi sħubija tal-eTwinning (iżda l-għalliema jistgħu ovvjament jiżviluppaw l-ideat tagħhom ukoll!):

  1. Idoqqu kull podcast ta’ 5 minuti kull filgħodu waqt ir-reġistrazzjoni. Kull student jew fi gruppi jiddeskrivu x’ġara f’kull episodju u x’jaħsbu li jista’ jiġri. Huma jiktbu l-ideat tagħhom fil-blogg fir-Rokna tal-Istudenti tat-TwinSpace.
  2. Wara kull podcast ta’ 5 minuti, l-għalliema jħallu lill-istudenti jimlew il-kwiżż interattiv online relatat mal-episodju. L-Istudenti jistgħu jagħmlu dan bħala xogħol għad-dar u jqabblu kemm damu biex lestew u jippowstjaw il-ħinijiet fil-forum tat-TwinSpace.
  3. Billi jużaw il-vokabolarju u l-frażijiet użati f’kull episodju, l-istudenti jistgħu jipprattikaw dawn il-frażijiet, jirrekordjawhom bħala pereżempju, podcast jew voki, jippowstjawhom fit-TwinSpace u jgħidu lill-imsieħba tagħhom biex jisimgħuhom u jiktbu kumment biex jispjegaw x’qalu (dan jgħinhom jiżviluppaw il-pronunzja u l-komunikazzjoni tagħhom fil-lingwa). 
  4. Jużaw il-mappa pprovduta (pereżempju, Pariġi) jew jiżviluppaw il-mappa tagħhom stess biex ‘jipplottjaw’ il-vjaġġ tal-karattru f’kull episodju. L-istudenti jqabblu l-mapep biex jaraw jekk jaqblux.
  5. Jekk ‘għeliem prominenti kulturali’ jkun imsemmi fl-episodju, l-istudenti jfittxu aktar dwar dak l-għeliem prominenti.
  6. L-istudenti jistgħu jfittxu aktar dwar l-avveniment storiku oriġinali, u jagħmlu preżentazzjonijiet biex jaqsmu ma’ xulxin.
  7. Billi jużaw għodod bħal Comic Life, l-istudenti jistgħu joħolqu preżentazzjoni viżiva ta’ episodju.
  8. Tista’ tiddaħħal id-drama biex jirreċtaw episodju jew aktar, billi jużaw il-lingwa adattat, li tista’ tittieħed vidjo tagħha li mbagħad titqassam mal-iskejjel imsieħba.
Box Top
  • Editur tal-Web: Christina Crawley
  • Ippubblikat: 21.04.2011
  • Mibdul l-aħħar: 04.11.2011
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Selected itemMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom