Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Iltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!

picture

F’dan il-modulu rriduk issir familjari ma’ għodda msejħa Elluminate. Hija faċli tintuża u biex tibda teħtieġ biss l-internet, headphones u mikrofonu.

Età tal-Grupp: all
Livell: Faċli
Tul ta’ Żmien: laqgħa live ta’ mill-anqas siegħa, iżda tista’ tintuża kemm-il darba jkun hemm bżonn, fi proġett akbar.

Introduzzjoni

Ħidma kollaborattiva bejn l-iskejjel imsieħba hija għan mixtieqa ħafna fl-etwinning u rridu nagħtuk idea oħra dwar kif tista’ tilħaqha b’mod prattiku. Ovvjament hemm ħafna modi u għodod biex tiltaqgħu online live permezz ta’ għodod ta’ konferenzi bil-vidjow bħal skype jew MSN.

Li tippjana l-proġett imbagħad tintroduċi studenti u klassijiet fi stadju bikri tas-sħubija permezz ta’ xi logħob jippermetti lil kulħadd isir familjari dwar kif jiltaqgħu online live. Ħidma kollaborattiva ulterjuri ‘live’ fi proġett imbagħad ikun ħafna aktar faċli.

Din l-attività hija ‘ice-breaker’ kollaborattiva fejn l-iskejjel imsieħba ‘jiltaqgħu’ online live biex jintroduċu lilom infushom u jibdew jaħdmu flimkien.  Fil-bidu din tista’ tkun attività ‘bejn klassi u oħra’ iżda tista’ twassal għal laqgħat ‘bejn grupp u ieħor’ jew anke ‘bejn student u ieħor’.

Din l-attività tiffoka fuq l-użu tal-attività familjari tat-‘tiftixa tal-kliem’ iżda kwalunkwe logħba simili tista’ tintuża, bħal Sudoku jew Tislibiet, u għal studenti iżgħar, tpinġija ta' stampi. Is-suġġett propost hawnhekk huwa ‘Pajjiżi Ewropej’ iżda kwalunkwe suġġett jista’ jintuża.

Jekk jogħġbok innota: Il-familjarità mal-għodda online użata (Elluminate) hija essenzjali biex l-użu tagħha mill-istudenti tkun suċċess u għalhekk l-għalliema huma mħeġġa jużawha huma stess biex jiddiskutu u jippjanaw il-proġett tagħhom.     

Għodod

Għodda tal-konferenzi bil-web (pereżempju Elluminate – ara hawn taħt), spikers u mikrofonu, webcam (mhux obbligatorju iżda tajjeb li jkollok), għamel is-sit tiegħek tal-internet ‘tat-tiftixa tal-kliem’

Proċess

L-għalliema mill-iskejjel imsieħba jużaw l-Elluminate biex jiltaqgħu live biex:
•    isiru familjari mal-għodda online huma stess
•    jiddeċiedu jekk tkun laqgħa ‘bejn klassi sħiħa u oħra’ (preferuta bħala l-ewwel laqgħa) jew jekk gruppi żgħar ser jaħdmu fuq diversi kompjuters (aktar interattiv).
•    jippjanaw id-data u l-ħin tal-laqgħa bejn l-istudenti (biex ikun hemm ħin għall-preparamenti u l-ittestjar tal-għodda online permezz tal-konnessjoni tal-internet tal-iskola
•    jiddiskutu s-suġġett tat-tiftixa tal-kliem (pereżempju pajjiżi Ewropej) u jagħmluha (ara hawn taħt għal suġġeriment biex ‘tagħmel sit tat-tiftixa tal-kliem tiegħek’)

Iltaqgħu live fid-data u l-ħin miftiehem, u:
•    ikkopjaw u ppejstjaw jew tellgħu t-tiftixa tal-kliem imħejjija fuq il-whiteboard. (L-iskejjel jistgħu jagħmlu slajds tal-powerpoint ta’ introduzzjoni b’ritratt tal-iskola tagħhom u mappa ta’ fejn joqgħodu)
•    Kull skola tintroduċi lilha nfisha permezz tal-webcam (jekk disponibbli), mikrofonu u tittajpja messaġġi ta’ merħba fil-kaxxa taċ-Ċett.
•    Għalliema waħda tintroduċi l-logħba tat-tiftixa tal-kliem
•    Wara xulxin, student minn kull skola juża l-għodda tal-highlighter (għażla ta’kuluri) biex isib kelma.

Opzjonijiet ta’ segwitu

Suġġett ġdid (pereżempju ikel) u grid jistgħu jinkitbu fuq is-slajd li jmiss tal-whiteboard u l-istudenti wara xulxin jistgħu jibnu tiftixa tal-kliem ġdida (jiddiskutu u jiżviluppaw il-lista ta’ kliem imbagħad iqiegħduhom fit-tiftixa tal-kliem qabel jimlew l-ispazji) li tista’ tiġi ssejvjata, pprintjata u mimlija minn oħrajn lil hinn mis-sessjoni live.

Estensjoni: ladarba l-iskejjel ikunu familjari fl-użu tal-għodda online, jistgħu jibbukkjaw il-kamra tal-Elluminate tal-eTwinning biex jippermettu gruppi ta’ studenti minn kull skola jaħdmu flimkien biex jagħmlu t-tiftixiet tal-kliem ġodda tagħhom.

Links

Kamra tal-laqgħat tal-Elluminate live:
L-Elluminate tipprovdi softwer tal-konferenzi bil-web speċjalizzat u sigur li jista’ jintuża mid-dar jew mill-iskola mingħajr il-ħtieġa li ‘tibbukkja’. Wieħed mill-imsieħba jirreġistra għall-FREE vRoom u jibgħat link bil-web lill-imsieħba tiegħu li sempliċiment jikklikkja biex jingħaqad magħhom live fil-ħin stabbilit minn qabel.

Biex tikseb il-kamra FREE tiegħek, li tippermetti sa 3 postijiet remoti li jikkonnettjaw live, irreġistra fuq www.elluminate.com/vroom
 

Taħriġ biex tuża l-vRoom:
L-eTwinning jipprovdi Attività ta’ Tagħlim biex tgħin lill-għalliema jsiru jafu jużaw l-Elluminate. Għal aktar informazzjoni, mur fuq Attivitajiet ta’ Tagħlim tal-eTwinning

It-taħriġ tal-Elluminate huwa estensiv billi l-għodda tipprovdi ħafna aktar funzjonalità milli huwa meħtieġ f’dan il-proġett, iżda biex tibda uża l-link ta’ hawn taħt, imbagħad agħżel ‘Taħriġ irrekordjat, Gwidi ta’ referenza ta’ Malajr u Gwidi għall-Utenti għall-V 9.5’
http://www.elluminate.com/support/training/

Agħmel it-tiftixa tal-kliem tiegħek stess
 



 




 

Box Top
  • Editur tal-Web: YANDIK Ali
  • Ippubblikat: 26.11.2009
  • Mibdul l-aħħar: 10.11.2010
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Selected itemIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Bullet listIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom