Border left Border top
Ipprintja din il-paġna Print separator font size little Font size medium Font size large separator Button search
Border right

Iltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki

picture

Din l-attività hija ‘ice-breaker’ interattiva fejn l-skejjel imsieħba jistgħu jintroduċu lilhom infushom permezz ta’ avatar maħluqa f’għodda msejħa “Voki”, u jibdew jaħdmu flimkien.

Suġġett: Merħbiet animati
Età tal-Grupp: Kollha
Livell: Faċli
Tul ta’ Żmien: 3-6 sigħat

Introduzzjoni

Is-suġġetti proposti hawnhekk huma: interessi personali, passatempi u affarijiet favoriti.
L-istudenti jistgħu wkoll itellgħu l-Vokis tagħhom fuq it-TwinSpace, biex b’hekk ikunu jistgħu jamministraw parti mill-proġett huma stess.
Voki, disponibbli online bla ħlas.

 

Għodod

Audacity (jew softwer tar-rikording simili) u t- TwinSpace.
 

Proċess

Iddiskuti mal-istudenti tiegħek x’għandhom jgħidu meta jintroduċu lilhom infushom, u/jew x’tip ta’ mistoqsijiet jixtiequ jagħmlu lill-istudenti fl-iskola/skejjel imsieħba tagħhom. Ikteb x’jixtiequ jgħidu.

Oħloq Voki. L-aktar mod faċli, b’mod partikolari ma’ studenti żgħar, huwa li l-ewwel toħloq kont inti, imbagħad l-istudenti joħolqu Voki.
Studenti akbar jistgħu jidħlu permezz tal-kontijiet tagħhom.
Irrikordja jew ikteb il-messaġġ, inklużi mistoqsijiet għall-istudenti tal-iskola msieħba.

Tella’ l-Voki fuq blog fit-TwinSpace. Isma’ u għamel kummenti dwar mill-anqas tliet Vokis oħra mill-iskola/skejjel imsieħba, permezz ta’ ikona ta’ bużżieqa tat-taħdit disponibbli fil-Voki.

Flimkien fil-klassi isimgħu l-Vokis kollha, inkluż il-kummenti mill-iskola/skejjel imsieħba.
Mal-istudenti u l-għalliema msieħba tiegħek, evalwa l-modulu u l-proċess kollu.


Opzjonijiet ta’ segwitu

L-istudenti jistgħu jirrekordjaw messaġġ permezz ta’ Audacity minflok rikorder tal-Voki jew itellgħu l-mużika favorita tagħhom.
L-istudenti jistgħu jiktbu l-impressjonijiet tagħhom dwar l-iskola msieħba fuq forum jew fuq il-blog tat-TwinSpace u l-istudenti msieħba jistgħu jwieġbu dwar kemm huma eżatti dawn l-impressjonijiet.
Punt utli dwar din l-għodda huwa li l-istudenti jsiru jafu lil xulxin mingħajr ma jużaw ritratti. Dan jinforza approċċ ta’ sigurtà fuq l-internet.

Links

Voki
Audacity

Box Top
  • Editur tal-Web: YANDIK Ali
  • Ippubblikat: 03.12.2009
  • Mibdul l-aħħar: 10.11.2010
Box Bottom
Disponibbli wkoll bil-...

Il-Modules

Bullet listGħodod għas-Sottotitolaġġ: Eċċellenti għall-vidjos tal-eTwinning
Bullet listMYLO & Voki
Bullet listEurope ensemble
Bullet listMission Europe
Bullet listIltaqa’ mal-imsieħba tiegħek u ilgħab Tiftixa tal-Kliem – live!
Selected itemIltaqa’mal-imsieħba tiegħek permezz ta’ Voki
Box bottom
Box top
Bullet listIpprintja din il-paġna
Box bottom